Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi huwa aġenzija Ewropea li tappoġġa x-xogħol tal-gvernijiet tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE (speċjalment il-Kummissjoni) f'dan il-qasam.

Kompiti

  • ġbir u analiżi ta' dejta kumparabbli dwar kwistjonijiet tas-sessi
  • żvilupp ta' għodod metodoloġiċi, speċjalment biex jgħinu fl-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha ta' politika
  • faċilitar tat-tqassim tal-aħjar prassi u djalogar fost il-partijiet interessati
  • żgurar tal-kuxjenza pubblika

Entitajiet inklużi fl-Istitut

  • Bord tat- Tmexxija (rwol deċiżiv)
    Jadotta l-programmi ta' ħidma annwali u ta' terminu medju kif ukoll il-baġit.
  • Forum ta' Esperti (rwol konsultattiv)
    Jappoġġa l-ħidma tad-Direttur.
  • Direttur u staff (rwol eżekuttiv).
    Ir-rappreżentant tal-Istitut, responsabbli għat-tmexxija ta' kuljum u l-implementazzjoni tal-programm ta' ħidma.

Baġit

€52.5m (2007-13).

Direttur

Is-Sinjura Virginija Langbakk

Kuntest politiku

L-ugwaljanza bejn is-sessi mhix talli hija dritt fundamentali - il-progress f'dan il-qasam huwa vitali wkoll għall-UE biex tilħaq l-għanijiet dwar it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali.

Għalkemm l-inugwaljanzi għadhom jeżistu, l-UE għamlet progress sinifikanti f'dawn l-aħħar diċennji. Dan huwa sforz tal-leġiżlazzjoni u l-inklużjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha tal-politika pubblika, kif ukoll il-miżuri speċifiċi biex jaġevolaw lill-mara.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?