You are here:

l-Awtorità Ewropea dwar is-Siġurtà fl-Ikel

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) inħolqot bħala parti minn programm komprensiv biex ittejjeb is-sigurtà tal-ikel tal-UE, tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u ġġib lura u żżomm il-fiduċja fil-provvista tal-ikel tal-UE. L-EFSA tipprovdi parir xjentifiku indipendenti dwar il-kwistjonijiet kollha b'impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà tal-ikel. Il-mandat tal-EFSA jkopri s-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, in-nutrizzjoni, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u s-saħħa tal-pjanti. L-Awtorità tikkomunika dwar ir-riskji b'mod miftuħ u trasparenti.

Il-valutazzjonijiet tar-riskji tal-EFSA jipprovdu bażi soda għall-politiki u l-leġiżlazzjoni Ewropea u jappoġġaw lill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri tal-UE fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju b'mod effettiv u f'waqtu. Il-ġbir u l-analiżi ta' dejta xjentifika, l-identifikazzjoni ta' riskji emerġenti u l-appoġġ xjentifiku lill-Kummissjoni, b'mod partikolari f'każi ta' kriżi tal-ikel, huma wkoll parti mill-mandat tal-EFSA, kif stabbilit fir-Regolament ta' bażi (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002.

L-EFSA hija rregolata minn Bord ta' Tmexxija indipendenti li l-membri tagħja huma maħtura biex jaġixxu fl-interess pubbliku u ma jirrappreżentaw ebda gvern, organizazzjoni jew settur. Il-Bord ta' Tmexxija tal-EFSA Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it) jiżgura li l-Awtorità taħdem b'mod effettiv u effiċjenti. Il-Bord huwa responsabbli milli jistabbilixxi l-abbozz tal-baġit u l-programmi ta' ħidma tal-Awtorità, jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom, u jaqbel ma' regoli u regolamenti interni. Jaħtar ukoll id-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA u l-membri tal-Kumitat Xjentifiku u tal-panels.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it) huwa r-rappreżentant legali tal-Awtorità u jirrispondi għall-Bord tat-Tmexxija. Maħtur għal ħames snin, li jistgħu jiġġeddu, id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli mill-kwistjonijiet operattivi kollha, mill-kwistjonijiet ta' persunal u mit-tfassil tal-programm ta' ħidma annwali f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri tal-UE.

Il-Kumitat Xjentifiku u l-Panel tal-EFSA Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it) jagħtu pariri xjentifiċi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa, fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel u l-għalf, in-nutrizzjoni, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u s-saħħa tal-pjanti. FIl-mandat tagħha, l-EFSA tivvaluta wkoll is-sigurtà ambjentali. Parti dejjem tikber tal-ħidma tal-Awtorità hija marbuta mal-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti, sustanzi u talbiet regolati mibgħuta għall-awtorizzazzjoni fl-UE, b'hekk tappoġġja l-innovazzjoni fl-industrija agroalimentari.

Il-Panels Xjentifiċi tal-EFSA huma magħmula minn esperti xjentifiċi indipendenti, bi kwalifiki għoljin, b'għarfien tajjeb tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-membri kollha jinħatru permezz ta' proċedura miftuħa ta' għażla fuq il-bażi ta' eċċellenza xjentifika ppruvata. Il-Kumitat Xjentifiku u l-Panels Xjentifiċi huma appoġġati minn persunal tal-EFSA minn tliet direttorati xjentifiċi.

Il-Forum ta' Konsulenza tal-EFSA Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel   Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it) jgħaqqad l-EFSA mal-awtoritjiet nazzjonali dwar is-sigurtà tal-ikel fl-Istati Membri tal-UE kollha, l-Islanda u n-Norveġja, u l-Isvizzera u l-Kummissjoni Ewropea huma osservaturi. Il-Forum huwa l-qofol tal-istrateġija kollaborattiva tal-EFSA biex din taħdem mal-Istati Membri tal-UE. Huwa mekkaniżmu għall-skambju ta' informazzjoni dwar ir-riskji potenzjali u għall-iskambju tal-għarfien.

Id-Direttur Eżekuttiv:
Catherine Geslain-Lanéelle

l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

Via Carlo Magno 1A

I-43126 Parma

Italia

Tel
+39 0521 036 111
Fax
+39 0521 036 110