Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, ibbażata f’Vigo, Spanja, twaqqfet biex tippromwovi l-ogħla livelli komuni għall-kontroll, spezzjoni u sorveljanza skont il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).

L-EFCA tippromwovi l-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-pajjiżi tal-UE, u tgħin lilhom u lill-Kummissjoni. Torganizza u tikkoordina l-kooperazzjoni bejn l-attivitajiet nazzjonali ta' kontroll u spezzjoni u tħarreġ spetturi nazzjonali u ħarrieġa, biex tiżgura li r-regoli tal-PKS jiġu rispettati u applikati effettivament u b’mod konsistenti.

L-Aġenzija tgħin biex jiġi żgurat li jkun hemm ambjent ekwu għall-industrija tas-sajd sabiex l-obbligi jiġu mħarsa u kulħadd fis-settur ikun trattat indaqs, kull fejn jopera. Tikkontribwixxi wkoll lejn is-sajd sostenibbli billi ttejjeb il-konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni eżistenti għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u tal-ġejjieni.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?