Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Aġenzija Ewropea tal-Kimika

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) qed taħdem għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja billi tiżgura l-użu sigur ta’ sustanzi kimiċi mal-Ewropa kollha. Aħna Aġenzija tal-Unjoni Ewropea.

L-ECHA qiegħda fil-qalba għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni innovattiva tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi għall-benefiċċju tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

L-ECHA ġiet stabbilita fl-2007 u hina bbażata f’Ħelsinki, il-Finlandja. Aħna organizzazzjoni moderna, immexxija mix-xjenza li kibret b’mod rapidu biex saret waħda mill-akbar aġenziji tal-UE.

X’nagħmlu

Il-kompitu tal-ECHA huwa li tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tar-regolamenti tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi, REACH u Klassifikazzjoni, Tikkettar u Imballaġġ (CLP), mal-Ewropa kollha.

  • Ngħinu lill-kumpaniji biex jikkonformaw mal-leġislazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi
  • Navvanzaw l-użu sigur tas-sustanzi kimiċi
  • Nitrattaw is-sustanzi kimiċi ta’ tħassib
  • Nipprovdu informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi

Aħna mdawrin bi prodotti kimiċi – huma importanti ħafna għall-produzzjoni ta’ kwalunkwe ħaġa, minn prodotti ta’ tindif jew lbies sa settijiet tat-televiżjoni. Dawn huma essenzjali għall-ekonomija tagħna u għandhom effett dirett fuq il-benessere tagħna, iżda l-perikli tagħhom s’issa għadhom mhumiex mifhumin b’mod adegwat.

Grazzi għal-leġislazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi, issa għandna bażi ta’ dejta unika li fiha informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi użati fl-Ewropa. B’intendiment aħjar tal-perikli tas-sustanzi kimiċi, il-kumpaniji jistgħu jnaqqsu aktar ir-riskji u jikkontribwixxu għall-użu sigur tagħhom. Fil-ħwienet tista’ titlob informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi ta' tħassib kbir English li jista’ jkun fihom l-oġġetti li jixtri l-konsumatur. Is-sustanzi kimiċi ta’ tħassib ser jiġu wkoll sostitwiti tul iż-żmien b’alternattivi aktar siguri. Inti u l-ambjent tiegħek ser tkunu protetti aħjar – f’darek u fuq il-post tax-xogħol.

Stabbilita: L-1 ta' Ġunju 2007

Direttur Eżekuttiv:
Geert Dancet

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?