Mogħdija tan-navigazzjoni

Ċentru Ewropew għal Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard

Iċ-Ċentru ġie stabbilit bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 851/2004 ta' l-21 ta' April 2004. Beda jaħdem fl-20 ta' Mejju 2005.

Il-missjoni tiegħu hu li jgħin biex jissaħħu d-difiżi Ewropej kontra l-mard infettiv, bħal m'huma l-influenza, is-SARS u l-HIV/AIDS. Minbarra l-istaff żgħir prinċipali għandu netwerk estiż ta' sħab madwar l-UE u l-Istati Membri taż-ŻEE/EFTA. L-ECDC jaħdem flimkien ma' entitajiet għall-ħarsien nazzjonali tas-saħħa sabiex issaħħu u jiżviluppaw sorveljanza ta' mard madwar il-kontinent u sistemi ta' twissija minn kmieni. Permezz ta' din il-kollaborazzjoni, l-ECDC jagħqqad l-għarfien dwar is-saħħa fl-Ewropa, sabiex jiġu żviluppati opinjonijiet xjentifiċi u awtoritattivi dwar ir-riskji li nħolqu permezz ta' l-iżvilupp ta' mard ġdid infettiv.

Il-ħidmiet taċ-ċentru jinkludu:

  1. It-titjib tal-kapaċità favur il-ħarsien tas-saħħa tal-bnedmin fil-Komunità u l-Istati Membri individwali, permezz tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bnedmin;

  2. il-ħidma fuq l-inizjattiva tiegħu stess meta jkun hemm theddid li jfaqqa’ mard kontaġġuz fil-Komunità;

  3. L-assigurazzjoni ta' azzjoni kumplimentari u koerenti fil-qasam tas-saħħa pubblika permezz ta' l-għaqda tal-ħidmiet u r-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri, l-Istituzzjonijiet ta' l-UE u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali rilevanti.

Marc SPRENGER,
Direttur

171 83 StokkolmaSvezjaIndirizz:
Tomtebodavägen 11A
Solna, Sweden

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?