Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni

L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni hija aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea li ġiet mogħtija kompiti regolatorji u eżekuttivi speċifi ċi fi l-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni. L-Aġenzija tikkostitwixxi parti ewlenija ta' l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea biex jiġi stabbilit u jinżamm livell għoli ta' uniformità fi s-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili fl -Ewropa.

Il-missjoni ta' l-Aġenzija għandha żewġ objettivi. Għandha tipprovdi kompetenzi speċjali u ta' natura teknika lill-Kummissjoni Ewropea billi tgħin fl -abbozzar ta' regoli għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni f'oqsma diff erenti u tipprovdi wkoll input tekniku sabiex jintlaħqu ftehim internazzjonali rilevanti.

Minbarra dan, l-Aġenzija ngħatat is-setgħa li twettaq ċerti kompiti eżekuttivi relatati mas-sigurtà ta' l-avjazzjoni, bħaċ-ċertifi kazzjoni ta' prodotti ajrunawtiċi u ta' l-organizzazzjonijiet involuti fl -iddisinjar, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' dawn. Dawn l-attivitajiet ta' ċertifi kazzjoni jgħinu li tiġi żgurata l-osservanza ta' l-airworthiness u ta' standards ta' protezzjoni ambjentali.

L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni tiċċertifi ka prodotti mis-settur sħiħ ta' l-avjazzjoni ċivili, inkluż l-avjazzjoni ġenerali u dik kummerċjali. Huwa importanti iżda li wieħed jinnota li l-protezzjoni ċivili fl -avjazzjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet ta' l-Aġenzija (per eżempju, il-prevenzjoni ta' azzjonijiet illegali kontra l-avjazzjoni ċivili bħall-piraterija ta' l-ajru). Dan jaqa' taħt il-kompetenza tal-liġi Komunitarja kif applikata mill-Istati Membri.

Il-leġiżlatur Komunitarju diġà ħa d-deċiżjoni li, fit-tul taż-żmien, il-kompetenzi ta' l-Aġenzija għandhom jiġu estiżi progressivament lejn l-oqsma kollha l-oħra tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili, notevolment lejn l-operazzjonijiet fl-ajru u għall-għoti ta' liċenzji ta' l-ekwipaġġ tat-titjira. L-ewwel estensjoni ta' l-għan ta' l-Aġenzija lejn l-operazzjonijiet ta' l-ajru, l-għoti ta' liċenzji lill-ekwipaġġ tat-titjira u l-awtorizzazzjoni ta' operaturi minn pajjiżi terzi ġew stipulati mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 2008.

L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni ġiet stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 (ĠU L 240, 7.9.2002 English kif imħassar mir-Regolament (KE) Nru 216/2008).

Twaqqfet: 15 ta' Lulju 2002
Direttur Eżekuttiv: Patrick Ky

Postali:
PO Box 101253
D-50452 Cologne

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?