You are here:

Uffiċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Ħarsa ġenerali

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) jinkoraġġixxi l-innovazzjoni fil-varjetajiet ta’ pjanti permezz tal-ipproċessar bir-reqqa tal-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-varjetajiet ta’ pjanti tal-Komunità bi prezzijiet raġonevoli, filwaqt li jagħti gwida politika u għajnuna lill-partijiet interessati tiegħu biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet. Il-protezzjoni tal-varjetajiet ta’ pjanti ġodda fl-UE kollha tgħin biex tħares l-interessi ta’ dawk li jnissluhom u tiżgura li l-investimenti tagħhom fir-riċerka u l-innovazzjoni huma profittabbli.

X’jagħmel is-CPVO?

  • Jagħti drittijiet tal-proprjetà intellettwali għal varjetajiet ġodda ta’ pjanti, validi fil-pajjiżi tal-UE għal 25 snin (30 snin għal speċijiet ta’ patata, dwieli u siġar).
  • Jipprovdi lill-partijiet interessati bi gwida politika u għajnuna biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet.

Struttura

Il-President tal-Uffiċċju jirrapporta lill-Kunsill Amministrattiv li jinkludi:

  • rappreżentanti minn 28 pajjiż tal-UE
  • rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea
  • osservaturi.

L-Uffiċċju hu aġenzija tal-UE li tiffinanzja lilha nfisha u l-Kunsill Amministrattiv hu l-awtorità tal-baġit tiegħu. Id-dmirijiet tiegħu jinkludu:

  • laqgħa mill-anqas darba fis-sena biex jiddiskuti u jadotta l-programm ta’ ħidma u l-baġit annwali
  • monitoraġġ tal-ħidma tal-Uffiċċju
  • delega tar-responsabbiltà tal-eżaminazzjonijiet tekniċi lill-uffiċċji nazzjonali tal-eżaminazzjoni, f’isem l-Uffiċċju
  • approvazzjoni tal-protokolli tekniċi għall-ittestjar tal-varjetajiet tal-pjanti.

L-Uffiċċju jinkludi 3 unitajiet (amministrattiva, teknika u legali) u servizzi ta’ appoġġ.

Kif jaħdem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti?

Is-sistema tad-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti tal-UE hi l-akbar waħda tax-xorta tagħha fid-dinja kollha. Mill-1995 'l hawn hi pproċessat aktar minn 53,000 applikazzjoni u tat aktar minn 41,000 dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità. Dan juri kemm is-sistema hi attraenti għal dawk li jnisslu l-pjanti li huma ħerqanin li jikkummerċjalizzaw il-varjetajiet tagħhom fl-Ewropa kollha.

L-Uffiċċju għandu rabtiet mill-qrib:

  • mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel (DĠ SANTE)
  • mal-gvernijiet nazzjonali
  • mal-uffiċċji nazzjonali tal-eżaminazzjoni fl-Ewropa kollha
  • mal-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jnisslu l-pjanti: ESA, CIOPORA, Plantum
  • mal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV).
  • mal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (marki kummerċjali u disinji)
  • mal-Uffiċju Ewropew tal-Privattivi (EPO)
  • mal-avukati tal-proprjetà intellettwali u l-universitajiet.

Min jibbenefika?

Il-gruppi mira prinċipali huma:

  • dawk li jnisslu l-pjanti
  • dawk li jkabbru l-pjanti
  • il-pubbliku inġenerali.
l-Uffi ċċju Komunitarju tal-Varjetajiet ta' Pjanti

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

3 boulevard Maréchal Foch

F–49101 Angers Cedex 02

France

Tel
+33 2 41 25 64 00
Fax
+33 2 41 25 64 10
Netwerks soċjali