Mogħdija tan-navigazzjoni

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (Cedefop)

Appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

1 minn 3 Ewropej – 75 miljun persuna – ftit li xejn għandhom kwalifiki edukattivi, u dan jagħmilha 3 darbiet iktar diffiċli biex isibu xogħol minn dawk bi kwalifiki avvanzati.

Madwar nofs tal-Ewropej jiksbu l-ewwel ħiliet relatati max-xogħol permezz ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET). Ħafna oħrajn ikomplu jiżviluppaw dawn il-ħiliet u jitgħallmu ħiliet ġodda permezz ta' taħriġ jew esperjenza fuq il-post tax-xogħol.

Attivitajiet

Cedefop jaħdem id f'id mal-Kummissjoni, il-gvernijiet nazzjonali, ir-rappreżentanti tal-ħaddiem u tat-trejdjunjins, ir-riċerkaturi u l-ispeċjalisti – u jipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-iżviluppi fil-VET u joħloq opportunitajiet ġodda biex jiġu diskussi politiki ġodda.

Il-valur miżjud ta' Cedefop hu l-kwalità għolja tal-analiżi komparattiva tiegħu u l-għarfien espert permezz tar-riċerka u n-netwerking, li jintużaw biex:

  • jingħata parir tekniku u jiġu proposti politiki
  • jimtlew in-nuqqasijiet fl-għarfien u jiġu identifikati x-xejriet u l-isfidi
  • titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-VET
  • tgħaqqad flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, l-imsieħba soċjali, ir-riċerkaturi u l-ispeċjalisti biex jidentifikaw modi li jtejbu l-politiki
  • jappoġġa metodi konġunti Ewropej, prinċipji u għodod li jtejbu l-VET.

Missjoni – l-appoġġ tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki Ewropej dwar il-VET

Għan strateġiku – it-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea, it-tfassil u l-implimentzzjoni tal-politiki tal-VET li jippromwovu l-eċċellenza u l-inklużjoni soċjali

Prijoritajiet fuq perjodu medju ta' żmien 2012-1014 – l-appoġġ għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-VET; il-promozzjoni tal-edukazzjoni kontinwa, it-tagħlim tal-adulti u t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol; l-analiżi tal-bżonnijiet tal-ħiliet.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?