You are here:

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Traduzzjoni u servizzi relatati għall-aġenziji u l-korpi tal-UE; kooperazzjoni interistituzzjonali
  • Direttur: Máire Killoran
  • Imsieħba: servizzi tat-traduzzjoni tal-UE u internazzjonali oħrajn permezz tal- Kumitat Interistituzzjonali għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni (ICTI) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) français (fr) , il- Laqgħa Annwali Internazzjonali dwar l-Arranġamenti, id-Dokumentazzjoni u l-Pubblikazzjoni tal-Lingwi (IAMLADP) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) , il- Laqgħa Bejn l-Aġenziji dwar it-Traduzzjoni u t-Terminoloġija Assistita mill-Kompjuter (JIAMCATT) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) .
  • Stabbilita fi: 1994
  • Għadd ta’ persunal: : 200, inklużi madwar 100 traduttur
  • Post: Il-Lussemburgu
  • Sit web: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni (CdT)

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jipprovdi servizzi ta’ traduzzjoni għal aġenziji u korpi tal-UE mal-Ewropa kollha u jaħdem flimkien ma’ servizzi oħra tat-traduzzjoni tal-UE.

Dak li tagħmel

Jipprovdi servizzi ta' lingwa lill-aġenziji u l-korpi speċjalizzati tal-UE, speċjalment:

  • traduzzjoni
  • reviżjoni
  • editjar
  • xogħol ta' terminoloġija
  • sottotitoli ta' vidjows.

Iċ-Ċentru jgħin ukoll lis-servizzi tat-traduzzjoni tal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn tal-UE meta jkollhom ammont partikolarment kbir ta' xogħol, u bi proġetti speċjali.

U jaħdem mas-servizzi tat-traduzzjoni tal-UE l-oħra fil- Kumitat Interistituzzjonali għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel     English (en) français (fr) biex:

  • il-metodi u l-għodod ta’ ħidma jsiru aktar effiċjenti
  • ikun hemm konformità bejniethom tal-proċeduri differenti tas-servizzi tat-traduzzjoni tal-UE
  • isir tfaddil kumplessiv tat-traduzzjoni fl-UE
  • ikun hemm kooperazzjoni fuq proġetti ta' skala kbira, bħall-IATE, il-bażi ta' dejta tat-terminoloġija tal-UE

Fl-aħħarnett, iċ-Ċentru jgħin fl-implimentazzjoni tal-qasam strateġiku tal-UE għall-multilingwiżmu li għandu l-għan li jtejjeb il-ħiliet lingwistiċi taċ-ċittadini.

Kif taħdem

  • Iċ-Ċentru għandu aktar minn 60 korp klijent li jordnaw ix-xogħol tagħhom permezz ta' għodda onlajn iddedikata għal dan il-għan u wara jintbagħtilhom il-kont għas-servizzi mogħtija.
  • Minħabba l-varjetà ta' oqsma koperti mill-aġenziji tal-UE, iċ-Ċentru jittratta għadd kbir ta' testi speċjalizzati f'medda wiesgħa ta' lingwi tal-UE u mhux tal-UE.
  • Iċ-Ċentru jibgħat ukoll xogħol barra lil eluf ta' tradutturi li jaħdmu freelance li x-xogħol tagħhom imbagħad jiġi ċċekkjat mil-lingwisti taċ-Ċentru qabel jintbagħat lill-klijent.
iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi ta' l-Unjoni Ewropea

Kuntatt

Indirizz

Bâtiment Drosbach
12E rue Guillaume Kroll
L-1882 Luxembourg

Tel
+352 421 71 11
Fax
+352 421 71 12 20
Netwerks soċjali