Mogħdija tan-navigazzjoni

Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC - Body of European Regulators for Electronic Communications)

BEREC inħoloq biex:

  • jippromwovi l-implimentazzjoni konsistenti tar-regolament tal-UE biex b'hekk tittejjeb il-ħidma tas-suq uniku
  • jieħu post il-Grupp Ewropew tar-Regolaturi (ERG), li kien jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) jiskambjaw l-esperjenzi u l-aħjar metodi u jagħtu opinjonijiet dwar il-ħidma tas-suq tal-UE tat-telecoms
  • jgħin lill-Kummissjoni Ewropea u l-NRAs jimplimentaw ir-regolamenti tal-UE dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi
  • jipprovdi konsulenza lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-UE
  • jikkomplementa fuq livell Ewropew il-kompiti regolatorji li jwettqu l-NRAs.

BEREC jikkonsisti f'Bord ta' Regolaturi magħmul mill-kapijiet tas-28 NRAs u uffiċċju tal-appoġġ. L-uffiċċju huwa entità uffiċjali tal-UE. Jitmexxa minn kumitat fejn huma rappreżentati l-NRAs kollha u l-Kummissjoni.

Il-kompiti tal-uffiċċju ta' Berec jinkludu:

  • li jipprovdi servizzi ta' appoġġ professjonali u amministtivi lil BEREC
  • li jiġbor u jxerred l-informazzjoni mill-NRAs
  • li jiddistribwixxi l-aħjar metodi regolatorji fost l-NRAs (metodi komuni, metodoloġiji, linji gwida għall-implimentazjzoni tar-regolamenti tal-UE, eċċ.)
  • li jgħin liċ-chairperson fit-tħejjija tax-xogħol tal-Bord tar-Regolaturi
  • li joħloq u jappoġġa gruppi ta' ħidma esperti.

Reglament 1211/2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Maniġer amministrattiv: Ando Rehemaa

 Ara wkoll

  • Direttorju tal-UE "Min hu min" English (en)  

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?