Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

ACER tgħin biex fis-suq uniku Ewropew, il-gass u l-elettriċità jaħdmu sew. Tassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-funzjoni regolatorja tagħhom fil-livell Ewropew u, fejn ikun hemm bżonn, tikkoordina ħidmiethom.

B’mod iktar speċifiku, ACER:

  • tikkomplementa u tikkoordina l-ħidma tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali
  • tgħin fit-tfassil tar-regoli tan-netwerk Ewropew
  • fejn ikun xieraq, tieħu deċiżjonijiet individwali li jorbtu fuq it-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess u s-sigurtà funzjonali tal-infrastruttura bejn il-fruntieri
  • tagħti konsulenza lill-Istituzzjonijiet Ewropej dwar kwistjonijiet marbuta mal-elettriċità u l-gass naturali
  • tissorvelja s-swieq interni tal-elettriċità u l-gass naturali u toħroġ rapporti fuq is-sejbiet
  • tissorvelja s-swieq tal-enerġija bl-ingrossa biex tiskopri u twarrab l-abbuż tas-swieq, b'kollaborazzjni mill-qrib tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (bdiet din il-funzjoni fl-2012 skont ir-Regolament tal-UE 1227/2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (REMIT).

 Ara wkoll

  • Direttorju tal-UE "Min hu min" English (en)  

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?