Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulzija

Missjoni

Europol hi l-aġenzija għall-inforzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea li timmaniġġja l-iskambju u l-analiżi tal-intelliġenza kriminali. Il-missjoni tagħha hi li ttejjeb l-effettività u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-inforzar tal-liġi tal-UE fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kriminalità internazzjonali serja u t-terroriżmu, bl-għan li l-Ewropa tkun aktar sikura għaċ-ċittadini tal-UE.

Mandat

Europol bdiet l-attivitajiet sħaħ tagħha fl-1 ta’ Lulju 1999 wara r-ratifika tal-Konvenzjoni dwar Europol mill-Istati Membri tal-UE kollha. Fl-1 ta' Jannar 2010 Europol saret aġenzija sħiħa tal-UE b'qafas legali ġdid u b'mandat imsaħħaħ, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Europol, li ħadet post il-Konvenzjoni dwar Europol.

Europol tappoġġa l-attivitajiet ta' rinforzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-UE f'oqsma bħalma huma:

  • It-traffikar illiċitu ta' drogi,
  • It-terroriżmu,
  • Il-kuntrabandu ta' immigranti illegali, it-traffikar tal-bniedem u l-isfruttament sesswali tat-tfal,
  • Il-falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti,
  • Il-ħasil tal-flus,
  • Il-falsifikazzjoni tal-flus u ta' mezzi oħra ta' ħlas - Europol taġixxi bħala l-Uffiċċju Ċentrali tal-Ewropa għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-ewro.

Europol tappoġġa lill-Istati Membri billi:

  • Tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u l-intelliġenza kriminali bejn l-awtoritajiet tar-rinforzar tal-liġi tal-UE permezz tas-Sistemi ta’ Informazzjoni u Analiżi ta’ Europol u l-Applikazzjoni ta' Netwerk ta’ Skambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA),
  • Tipprovdi analiżi operattiva u tappoġġa l-operazzjonijiet tal-Istati Membri,
  • Tiġġenera rapporti strateġiċi (eż. valutazzjonijiet tat-theddid) u analiżi tal-kriminalità abbażi tal-informazzjoni u l-intelliġenza fornuta mill-Istati Membri, iġġenerati minn Europol jew miġburin minn sorsi oħra,
  • Tipprovdi l-kompetenza u l-appoġġ tekniku għall-investigazzjonijiet u l-operazzjonijiet imwettqa fl-UE, taħt is-sorveljanza u r-responsabbiltà legali tal-Istati Membri kkonċernati.

Europol hi attiva wkoll fil-promozzjoni tal-analiżi kriminali u fl-armonizzazzjoni tat-tekniki u t-taħriġ investigattivi fl-Istati Membri.

DiretturRob WAINWRIGHT
Aġent DiretturMichel QUILLÉ
Segretarju tal-Bord tal-ĠestjoniAlfredo NUNZI
President tal-Entità Konġunta ta' SuperviżjoniIsabel CRUZ

Indirizz postali:
Postbus 90850
2509 LW The Hague
The Netherlands

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?