Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja ta' l-Unjoni Ewropea

X'inhi l-Eurojust?

Il-Eurojust hija entità tal-Unjoni Ewropea stabbilita fl-2002 sabiex tħeġġeġ u ttejjeb il-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet fost l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti fi ħdan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kulmeta dawn jittrattaw każijiet kriminali serji organizzati u li jolqtu aktar minn pajjiż wieħed.

X'inhuma l-għanijiet tal-Eurojust?

Fil-kuntest tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet li jikkonċernaw żewġ Stati Membri jew aktar, il-mira tal-Eurojust hija li tħeġġeġ u ttejjeb il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, billi tikkunsidra kwalunkwe rikjesta li tasal minn xi awtorità kompetenti ta' Stat Membri u kwalunkwe tagħrif ipprovdut minn kull entità li tkun kompetenti bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet adottati fi ħdan il qafas tat-Trattati (In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, l-Europol, u l-OLAF).

Għan ieħor tal-Eurojust huwa li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari billi tiffaċilita l-esekuzzjoni tal-assistenza legali reċiproka internazzjonali u l-implimentazzjoni tal-Mandati ta' Arrest Ewropej.

Eurojust tagħti wkoll sostenn lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tittejjeb l-effettività tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet.

Il-Eurojust tista' tassisti fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet bejn Stat Membru u Stat mhux Membru jew Stat Membru u l-Kummissjoni fir-rigward ta' offiżi kriminali li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea.

Il-Eurojust tqawwi l-effiċjenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni meta jkun hemm każijiet li jittrattaw kriminalità serja organizzata u li tolqot aktar minn pajjiż wieħed, p.eż. terroriżmu, traffikar tal-bnedmin, traffikar tad-drogi, frodi, u ħasil tal-flus, sabiex il-kriminali jinġiebu malajr u b'mod effettiv quddiem il-gustizzja.

Kif tiffunzjona l-Eurojust?

Il-Eurojust taħdem permezz tal-Membri Nazzjonali tagħha jew bħala Kulleġġ.

Il-Eurojust għandha s-setgħa li titlob lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jimpenjaw irwieħhom b'investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta' atti speċifiċi; sabiex jaċċettaw li waħda minnhom tista' tkun f'pożizzjoni aħjar li tibda investigazzjoni jew biex tħarrek atti speċifiki; li tikkoordina l-isforzi bejn l-awtoritajiet kompetenti; li twaqqaf tim ta' investigazzjoni konġunta; jew li tipprovdi kwalunkwe tagħrif meħtieġ sabiex twettaq ħidmietha.

Il-Eurojust tiżgura li jseħħ l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u tgħinhom jipprovdu l-aqwa koordinazzjoni u kooperazzjoni possibbli. Il-Eurojust tikkoopera wkoll man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, l-Europol, u l-OLAF. Il-Eurojust toffri appoġġ loġistiku u tista' torganizza u tiffaċilita laqgħat ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet tal-pulizijia ta' Stati differenti sabiex tgħin ħalli jiġu solvuti kwistjonijiet ġuridiċi u problemi prattiċi.

Min hu min fil-Eurojust?

L-Eurojust hija magħmula minn 28 Membru Nazzjonali, wieħed minn kull Stat Membru tal-UE. Il-Membri Nazzjonali jiġu sekondati skont is-sistemi legali rispettivi tagħhom u jokkupaw siġġijiet permanenti f'The Hague. Il-Membri Nazzjonali jkunu prosekuturi, imħallfin jew uffiċjali tal-pulizija b'esperjenza u ta' ċerta anzjanità f'ħidmiethom, b'kompetenza ekwivalenti. Xi Membri Nazzjonali huma appoġġjati minn Deputati, Assistenti jew Esperti Nazzjonali Sekondati.

Il-Kulleġġ tal-Eurojust eleġġa lil José Luís Lopes da Mota, il-Membru Nazzjonali għall-Portugall, bħala President. Il-Membru Nazzjonali għall-Belġju, Michèle Coninsx, u l-Membru Nazzjonali għall-Estonja, Raivo Sepp, ġew eletti bħala Viċi Presidenti.

Il-Membri Nazzjonali u l-Kulleġġ huma assistiti minn ammnistrazzjoni mmexxija mid-Direttur Amministrattiv. L-amministrazzjoni tikkonsisti f'ħames unitajiet u servizzi: Il-Baġit u l-Finanzi, is-Segretarjat Kolleġjali, l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data, ir-Riżorsi Umani, l-Immaniġġjar tal-Informazzjoni, is-Servizz Ġuridiku, l-Istampa u l-PR, is-Sigurtà, l-Amministrazzjoni tal-Faċilità, is-Servizzi Ġenerali u l-Avvenimenti.

Is-Segretarjat tan-Netwerk Ġuridiku Ewropew (EJN) jaqa' taħt l-amministrazzjoni tal-Eurojust, u jiffunzjona bħala unità seperata u awtonoma.

Il-Eurojust twaqqfet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji ( ĠU L 63, tas-6.3.2002)

Twaqqfet:  2002

Tmexxija:
Michèle Coninsx,
President;
Klaus Rackwitz,
Direttur Amministrattiv

Indirizz:
P.O. Box 16183,
2500 BD The Hague,
l-Olanda

 Ara wkoll

  • Direttorju tal-UE "Min hu min" English (en)  

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?