Mogħdija tan-navigazzjoni

Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija

CEPOL – Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija jiġbor fi ħdanu uffiċjali għolja tal-pulizija minn madwar l-Ewropa bil-ħsieb li jħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fil-ġlieda kontra l-kriminalità u ż-żamma tas-sigurtà, il-liġi u l-ordni pubblika.

Is-Segretarjat tas-CEPOL, li twaqqaf bħala aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE) fl-2005 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/JHA tal-20 ta' Settembru 2005), huwa bbażat fi Bramshill fir-Renju Unit, madwar 70km miċ-ċentru ta' Londra. Is-CEPOL jorganizza bejn 60 u 100 kors, seminar u konferenza fis-sena. L-attivitajiet, li jkopru firxa wiesgħa ta' suġġetti, jittellgħu fil-kulleġġi Nazzjonali tat-Taħriġ tal-Pulizija fl-Istati Membri. Is-CEPOL għandu baġit annwali ta' €8.341 miljun (2011).

Is-Segretarjat tas-CEPOL jitmexxa mid-Direttur Dr. Ferenc Bánfi, li nħatar għal perjodu ta' erba' snin, li jintemm fi Frar 2014. Id-Direttur jirrispondi għall-Bord tat-Tmexxija tas-CEPOL li huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE, li normalment ikunu d-Diretturi mill-istituti nazzjonali tat-taħriġ. Il-Bord tat-Tmexxija huwa Presedut mir-rappreżentant tal-Istat Membru li jkollu f'idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Bord tat-Tmexxija normalment jiltaqa' erba' darbiet fis-sena u stabbilixxa erba' kumitati:

Il-Kumitati huma appoġġjati minn Gruppi ta' Ħidma, Gruppi tal-Proġetti u Sotto-gruppi.

Is-Segretarjat tas-CEPOL jimpjega madwar 30 persuna li huma responsabbli mill-ħidmiet ta' kuljum. Dawn huma mqassmin f'żewġ dipartimenti: id-dipartiment tat-Tagħlim, ix-Xjenza, ir-Riċerka u l-Iżvilupp u d-dipartiment tas-Servizzi Korporattivi.

L-akronimu CEPOL huwa bil-Franċiż u jfisser Collège européen de police, jiġifieri l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, bil-Malti.

Direttur:  Dr. Ferenc Bánfi.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?