You are here:

L-Aġenziji u l-entitajiet l-oħra tal-UE

L-aġenziji tal-UE huma differenti mill-istituzzjonijiet tal-UE - huma entitajiet legali separati stabbiliti biex iwettqu kompiti speċifiċi skont il-liġi tal-UE.

Hemm aktar minn 40 aġenzija, diviżi f'5 gruppi

Aġenziji deċentralizzati

l-aġenziji deċentralizzati jwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali li jgħinu lill-istituzzjonijiet  tal-UE jfasslu u jimplimentaw il-politiki. l-aġenzji jappoġġaw ukoll il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-gvernijiet nazzjonali f'oqsma ta' politika importanti, billi jiġbru għarfien espert tekniku u speċjalizzat kemm mill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali. l-aġenziji deċentralizzati jitwaqqfu għal perjodu indefinit u huma mifruxa madwar l-UE.

Aġenziji tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni

Twaqqfu aġenziji biex iwettqu xogħol tekniku, xjentifiku u maniġerjali speċifiku fil-qafas tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-Unjoni Ewropea.

Aġenziji u entitajiet tal-EURATOM

Dawn inħolqu biex jappoġġaw l-għanijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (EURATOM), li huma li: jikkoordinaw programmi ta’ riċerka nukleari nazzjonali, għal skopijiet paċifiċi jipprovdu t-tagħrif, l-infrastruttura u l-finanzjamenti għall-enerġija nukleari jiżguraw provvisti suffiċjenti u sikuri ta' enerġija nukleari.

l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) – ibbażat fl-Ungerija – hu entità indipendenti tal-UE li l-għan tiegħu hu li jippromwovi l-abbiltà tal-Ewropa biex tiżviluppa teknoloġiji ġodda, billi jiġbor flimkien l-aħjar riżorsi xjentifiċi, kummerċjali u edukattivi.