• Kif taħdem l-UE
    • Informazzjoni bażika
    • Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji
    • Xogħol għal u mal-UE

l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew

L-Aġenzija Eżekuttiva dwar in-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T EA) tiżgura l-implimentazzjoni u t-tmexxija teknika u finanzjarja tal-programm tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T).

L-Aġenzija li twaqqfet fl-2006, għandha mandat sal-31 ta’ Diċembru 2015. Ħidmietha fit-tmexxija ta’ proġetti ewlenin infrastrutturali tat-trasport meħudin mill-perspettivi finanzjarji tal-2000-2006 u l-2007-2013 issir b’kollaborazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali responsabbli minnha, jiġifieri dak inkarigat mill-Enerġija u Trasport fil-Kummissjoni Ewropea. DĠ MOVE jibqa’ responsabbli mill-politika ġenerali, l-ipprogrammar u l-evalwazzjoni tal-programm TEN-T.

L-Aġenzija għandha tim multinazzjonali magħmul minn speċjalisti b’esperjenza fil-finanzi, it-tmexxija tal-proġetti, kif ukoll l-affarijiet ġuridiċi u tal-inġinerija. Hija bbażata fi Brussell.

Dirk Beckers
Direttur

Mistoqsijiet dwar ir-Riżorsi UmaniEnglish

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?