Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA), li hi bbażata fi Brussell, twaqqfet fl- 2007. Bdiet topera fl-2009, billi timplimenta partijiet mis-7 Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (FP7). Fl-2013 il-kompetenzi tagħha żdiedu biex inkludew il-ġestjoni tal-biċċa l-kbira ta' Orizzont 2020 English, l-akbar programm kwadru tar-R&I li qatt kellha l-UE (2014 – 2020).

Ir-REA tirrispondi għad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni li ġejjin:

- u, mill-1 ta’ Jannar 2014

Tmexxi proġetti xjentifiċi ffinanzjati skont it-taqsimiet li ġejjin ta’ Orizzont 2020:

Xjenza eċċellenti

Tmexxija industrijali

  • Ir-riċerka dwar l-ispazju English

Sfidi tas-soċjetà

  • Is-sikurezza alimentari, l-agrikoltura u l-foresterija sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar, marittima u tal-ilmijiet interni, u l-bijoekonomija English
  • Soċjetajiet innovattivi, inklussivi u riflessivi English
  • Soċjetajiet siguri

Temi mifruxa

  • Tixrid tal-eċċellenza u ż-żieda fil-parteċipazzjoni English
  • Ix-xjenza mas-soċjetà u għas-soċjetà English

Apparti milli tmexxi l-programmi hi stess, REA tipprovdi appoġġ amministrattiv u loġistiku lil dipartimenti oħra tal-Kummissjoni li jimmaniġġjaw H2020 u l-FP7.

Direttur
Gilbert Gascard

Indirizz postali:
L-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka
COVE
B-1049 Brussels

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?