Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) jagħmel parti mis-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka (FP7) tal-UE. B'baġit totali ta' 7.5 biljun Ewro għall-perjodu 2007-2013, inħoloq mill-Kummissjoni Ewropea fi Frar 2007, fuq il-bażi tal-programm speċifiku tal-FP7 "IDEAT", biex jappoġġja r-riċerka fuq il-fruntieri tal-għarfien.

L-għan prinċipali tiegħu huwa l-eċċellenza xjentifika fl-Ewropa billi jappoġġja u jħeġġeġ l-aqwa xjentisti, akkademiċi u inġiniera kreattivi, li huma mistiedna jibagħtu l-proposti individwali tagħhom fi kwalunkwe qasam tar-riċerka.

L-ERC jikkonsisti f'Kunsill Xjentifiku indipendenti u Aġenzija Eżekuttiva li taġixxi f'isem il-Kummissjoni Ewropea. Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC jiddefinixxi l-istrateġija u l-metodoloġiji xjentifiċi, filwqt li l-Aġenzija Eżekuttiva tal-ERC timplimenta u tapplika dwan l-istrateġiji u metodoloġiji fit-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-ERC fil-kuntest legali tal-FP7.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-ERC ġiet stabbilita formalment f'Diċembru 2007 u kisbet awtonomija amministrattiva fil-15 ta' Lulju 2009.

L-ERC jopera b'mod trasparenti b'awtonomija u integrità li hija garantita mill-Kummissjoni Ewropea, li hija responsabbli għalih. Il-Kummissjoni Ewropea tassumi r-responsabbiltà finali tat-twettiq tal-FP7 u l-baġit tiegħu.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-ERC tmexxi dawn il-ħidmiet:

  • Teżegwixxi l-programm ta' ħidma annwali, kif stipulat mill-Kunsill Xjentifiku tal-ERC u adotatt mill-Kummissjoni
  • Timplimenta s-sejħiet għal proposti skont il-programm ta' ħidma
  • Tipprovdi informazzjoni u appoġġ lill-applikanti
  • Torganizza valutazzjoni tal-analiżi tal-esperti
  • Tistabbilixxi u tmexxi ftehimiet ta' għotjiet skont ir-regolament finanzjarju tal-UE
  • Tipprovdi għajnuna lill-Kunsill Xjentifiku tal-ERC

Direttur: Pablo Amor

Indirizz postali:
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka
COV2 24/164
BE-1049 Brussell

Email: erc-info@ec.europa.eu

(Affarijiet tal-istampa: rtd-erc-press@ec.europa.eu)

Sitweb: http://erc.europa.eu

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?