Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Kif taħdem l-UE
    • Informazzjoni bażika
    • Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji
    • Xogħol għal u mal-UE

Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (li fl-imgħoddi kienet magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika) inħolqot fl-1 ta' Jannar 2005 biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Programm tal-UE għas-Saħħa Pubblika.

Fl-2008, l-eżistenza tal-Aġenzija ġiet imġedda sal-31 ta' Diċembru 2015 filwaqt li l-ħidmiet żdiedu biex jinkludu l-azzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u t-taħriġ għal ikel sigur. Il-mandat il-ġdid tal-EAHC jinkludi l-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa, il-Programm dwar il-Konsumatur u l-inizjattiva għal Taħriġ Aħjar għal Ikel Sigur.

L-Aġenzija tipprovdi servizz professjonali fit-twassil ta' ħidmiet fdati lill-Kummissjoni Ewropea, u taħdem mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi. L-EAHC temxxi relazzajonijiet ma' madwar 2200 benefiċjarju involutu f'aktar minn 200 proġett fil-qasam tas-saħħa;għandha madwar 40 ħaddiem fil-Lussemburgu.

Stabbilita: 2005
Id-Direttur: Luc BRIOL

Indirizz Postali:
Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi
Bini DROSBACH  
L-2920 Il-Lussemburgu

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?