Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Kif taħdem l-UE
    • Informazzjoni bażika
    • Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji
    • Xogħol għal u mal-UE

l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni

L-Enerġija, it-trasport, l-ambjent, il-kompetittività, l-innovazjoni - Illum l-Ewropa qed tħabbat wiċċha ma’ sfidi straordinarji imma hemm ukoll opportunitajiet kbar.

Biex twassal skemi u inizjattivi ta’ finanzjament Ewropej ta' kwalità għolja f'dawn l-oqsma, il-Kummissjoni Ewropea waqqfet l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI) English biex f’isimha tmexxi:

 

  • Intelligent Energy – Europe English
    L-Enerġija għat-Tiġdid
  • Marco Polo English
    Toroq ġodda li jwasslu lejn Ambjent Aħjar
  • Enterprise Europe Network English
    Appoġġ għan-Negozju li ssibu faċilment
  • Eco-innovation English
    Meta n-Negozju Jiltaqa’ mal-Ambjent
  • Proġett IPeuropAware English
    Inħaddmu l-Ideat

 

Aħna tim internazzjonali ta’ speċjalisti tal-enerġija, l-ambjent, l-appoġġ għan-negozju, it-trasport multimodali, il-komunikazzjoni u l-finanzi.

It-tim tagħna jinkludi kemm uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll professjonisti mis-settur privat. Il-bażi komuni tagħhom hi li kollha huma impenjati lejn metodu Ewropew biex il-kompetittività u l-innovazzjoni jintrabtu mal-ħarsien tal-ambjent u ġejjieni tal-enerġija aktar nadif.

L-EACI tirrispondi għal dawn l--erba' Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea: Enerġija (ENER) English, Mobilità u Trasport (MOVE) English, Intrapriża u Industrija (ENTR) u Ambjent (ENV) English.

Direttur: Patrick Lambert

Indirizz postali:
Kummissjoni Ewropea
EACI Agency
B-1049 Brussels

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?