You are here:

l-Aġenzija Eżekuttiva ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Wszystkie części programów, którymi zarządza agencja, są scentralizowane i wspierają realizację projektów o charakterze technicznym, które nie wymagają podejmowania decyzji politycznych.

Il-missjoni tagħha hi li timplimenta numru ta’ elementi minn 'il fuq minn 15-il programm iffinanzjat mill-Komunità u azzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, iċ-ċittadinanza attiva, iż-żgħożija, l-awdjoviżiv u l-kultura.

L-għaqda ta’ dawn il-programmi taħt bandiera waħda tippermetti l-koordinazzjoni tat-tmexxija u tipprovdi l-benefiċjarji tal-programm b’servizz komprensiv.

Filwaqt li l-aġenzija għandha l-identità legali tagħha, jibqa’ l-fatt li tirrispondi għal tliet Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea : l-Edukazzjoni u l-Kultura (EAC) , il-Komunikazzjoni (COMM) u l-Uffiċċji ta' Kooperazzjoni EuropeAid Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , li jibqgħu responsabbli għall-ipprogrammar, l-evalwar u l-iżvilupp tal-politiki.

L-aġenzija għandha f'idha ħafna mill-aspetti maniġerjali tal-programmi, inkluż it-tfassil tas-sejħiet għall-proposti, l-għażla tal-proġetti u l-iffirmar tal-ftehimiet tal-proġetti, it-tmexxija finanzjarja, is-superviżjoni tal-proġetti (rapporti intermedjarji, rapporti finali); il-komunikazzjoni mal-benefiċjarji; u kontrolli fuq il-post.

L-elementi tal-programmi mmexxija mill-Aġenzija huma ċentralizzati u jappoġġjaw proġetti tekniċi, li ma jinvolvux it-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi.

Mr Brian HOLMES
Direttur Temporanju

l-Aġenzija Eżekuttiva ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

Rue Colonel Bourg/Kolonel Bourgstraat 135-139

B-1140 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Tel
+32 2 299 11 11