You are here:

Fużjoni għall-Enerġija

L-organizzazzjoni Fużjoni għall-Enerġija (F4E) ġiet stabbilita f'April 2007 għal perjodu ta' 35 sena. Hi tmexxi l-kontribuzzjoni tal-Ewropa għall-ITER, il-proġett internazzjonali għall-enerġija mill-fużjoni. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha hu li taħdem mal-industrija u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka Ewropej biex tiżviluppa u tipprovdi firxa wiesgħa ta' komponenti tal-ogħla teknoloġija għall-proġett tal-ITER. Minn dak li tista' tikseb mill-ħiliet kollettivi miġbura permezz tal-Fużjoni għall-Enerġija, l-Ewropa tista' tieħu post fuq quddiem nett fid-dinja f'dik li hija kostruzzjoni ta' reatturi ta' dimostrazzjoni li jaħdmu bil-fużjoni.

Il-membri tal-Fużjoni għall-Enerġija huma 27 pajjiż tal-UE, l-Euratom (irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea) u l-Isvizzera.


Għanijiet:

  • li tipprovdi l-kontribuzzjoni Ewropea Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) lill-apparat ta' dimostrazzjoni dwar il-fużjoni tal-ITER li qed jinbena f'Cadarache, Franza
  • li tmexxi l-kooperazzjoni tal-UE mal-Ġappun fis-settur tal-fużjoni (Ftehim ta' Strateġija Estensiva Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) )
  • li tħejji t-triq għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' reatturi ta' dimostrazzjoni dwar il-fużjoni aktar avvanzati (DEMO Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) )

Struttura:

  • kull membru tal-Fużjoni għall-Enerġija huwa rrappreżentat fuq il-Bord tat-Tmexxija
  • id-Direttur (kap uffiċjal eżekuttiv) huwa responsabbli għat-tmexxija ta' kuljum
  • il-Bord tat-Tmexxija huwa assistit minn Kumitat Eżekuttiv (peż. biex japprova l-għoti tal-kuntratti)
  • dwar materji tekniċi u xjentifiċi, il-Bord tat-Tmexxija u d-Direttur jingħataw pariri mingħand Bord Tekniku Konsultattiv

Id-Deċiżjoni 2007/198 li waqqfet il-Fużjoni għall-Enerġija

Id-Direttur/l-Aġent Direttur: Frank Briscoe

Fużjoni għall-Enerġija

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

Torres Diagonal Litoral

Edificio B3

C/ Josep Pla 2

E-08019 Barcelona

España

Tel
+34 93 320 18 00
Fax
+34 93 320 18 51
Links