L-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Attivitajiet tal-EIT

  1. Komunitajiet ta' Għerf u ta' Innovazzjoni (KICs):
    • huma strutturi integrati li jorbtu ma' xulxin lill-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u s-setturi tan-negozji
    • jiffokaw fuq it-temi ta' prijorità b'implikazzjonijiet ewlenin għas-soċjetà
    • iressqu viċin xulxin lill-persuni bi speċjalizzazzjonijiet differenti biex jaħdmu flimkien f'timijiet f'17-il lokalità ("ċentri ta' kolokazzjoni") fl-Ewropa kollha
    • jimplimentaw proġetti speċifiċi, programmi edukattivi, skemi ta' finanzjament, eċċ.

    Il-KICs korrenti (2011) huma: Tibdil u Mitigazzjoni tal-Klima (Klima-KIC), Enerġija sostenibbli (KIC InnoEnerġija) u Teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (il-Laboratorji tal-EIT ICT).

  2. Intraprenditorija

    L-EIT għandu l-għan li joħloq il-kundizzjonijiet adatti għall-kultura ta' intraprenditorija li tirnexxi billi:

    • jinkuraġġixxi bidla kulturali fil-mod kif jitqiesu l-intrapreditorija u t-teħid tar-riskju
    • jappoġġa l-intraprenditorija permezz ta' attivitajiet bħar-Roundtable tal-EIT għall-Intraprendituri u l-Premju tal-EIT.

Edukazzjoni

L-EIT qed jiżviluppa programmi għall-Masters u l-PhD flimkien ma' tliet KICs u l-imseħbin tagħhom. L-għan hu li tinħoloq marka ta' eċċellenza tal-EIT fost l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja Ewropej, li għandha tiċċertifika lill-korsijiet tal-EIT bħala fuq quddiem nett fit-twassil ta' riżultati ta' kwalità għolja u innovattivi.
 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?