| Avviż legali | X'hemm ġdid? | Indiċi | Dwar EUROPA | FAQ | Fittex | Kuntatt |
![]() |
| EUROPA > L-UE f’daqqa t’għajn > L-ivvjaġġar fl-Ewropa > Biex tibqa f'saħħtek |
Biex tibqa' f'saħħtek![]() Bħala ċittadin tal-UE inti intitolat għall-kura tas-saħħa b'xejn jew b'irħis jekk timrad waqt li tkun qed tivvjaġġa. Sib aktar tagħrif dwar kif il-Kard Ewropea għall-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa qed tagħmel dan aktar faċli. Agħti ħarsa lejn il-kwalità tal-ilma tal-għawm u l-livelli tal-ożonu qabel titlaq biex tiddeċiedi xi kremi tax-xemx tieħu miegħek. Aċċess għall-kura tas-saħħaJekk int ċittadin tal-UE tista' tingħata kura medika b'xejn jew bi prezz imnaqqas jekk timrad għal għarrieda jew jinqalagħlek inċident waqt żjara temporanja f'xi pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera. Din l-iskema tkopri biss il-kura tas-saħħa ffinanzjata mill-gvern, u kull pajjiż għandu r-regoli tiegħu għal provvista medika pubblika. F'ċerti pajjiżi din hija b'xejn, f'oħrajn inti tħallas parti mill-ispejjeż, f'oħrajn trid tħallas l-ispejjeż kollha, imbagħad titlob rimborż. Għalhekk żomm il-kontijiet, ir-riċetti u l-irċevuti. Karta tal-assigurazzjoni Ewropea
Assigurazzjoni tal-ivvjaġġar
MediċiniĦu r-riċetta miegħek jekk tkun qed iġġorr mediċini li jinxtraw biha. Iġġorrx miegħek kwantitajiet akbar milli jkollok bżonn għalik innifsek waqt il-vjaġġ, għax kwantitajiet kbar ta' mediċini jistgħu jqajmu suspett. It-tilqimB'mod ġenerali, ma hemm l-ebda obbligu li titlaqqam meta ssiefer fl-UE. Madankollu hemm xi rekwiżiti jew rakkomandazzjonijiet għal ċerti territorji mbiegħda tal-UE. Qabel ma żżur dawn it-territorji, iċċekkja mat-tabib tiegħek jew mur fis-sit internet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-ilma tal-għawmHemm livelli stretti dwar l-ilma fejn jista' jsir l-għawn madwar l-UE kollha. Rapport Annwali tal-Kummissjoni Ewropea Jekk tara Bandiera Kaħla f’bajja jew f’marina, tista’ sserraħ rasek li l-istandards speċifiċi fuq is-sigurtà u l-kwalità tal-ilma, is-servizzi, il-ġestjoni ambjentali u l-informazzjoni jkunu ntlaħqu. Iktar minn 2 850 bajja u marina fl-UE ġew ippremjati bil-Bandiera Kaħla fl-2008. Din l-iskema volontarja qed titmexxa mill-Fondazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali. Aktar dettalji tal-pajjiżi parteċipanti u s-siti b'Bandiera Kaħla Prodotti kontra r-raġġi tax-xemx
Il-livelli tal-ożonuGħandek imnejn tkun interessat li taġġorna ruħek bit-tagħrif dwar il-kundizzjonijiet tal-ożonu It-tipjipAttwalment, għadd ta' pajjiżi tal-UE ħadu l-inizjattiva li jimponu restrizzjonijiet jew jipprojbixxu t-tipjip fuq il-postijiet tax-xogħol jew postijiet pubbliċi. L-UE hija ħerqana wkoll li tnaqqas in-numru ta' persuni li jpejpu għal madwar terz tal-popolazzjoni tal-UE. Il-miżuri leġiżlattivi, il-proġetti għall-kontroll tat-tabakk u l-kampanji ta' tagħrif huma s-sinsla tal-politika dwar il-kontroll tat-tabakk. Il-kampanja HELP tal-UE tappoġġa lil dawk il-persuni li jixtiequ jwaqqfu t-tipjip u tagħti pariri dwar il-periklu tat-tipjip attiv u passiv. |
| Avviż legali | X'hemm ġdid? | Indiċi | Dwar EUROPA | FAQ | Fittex | Kuntatt | Fuq |