L-Unjoni Ewropea (UE) tirrappreżenta familja ta' pajjiżi demokratiċi Ewropej b'impenn li jaħdmu flimkien għall-paċ u l-ġid. L-Unjoni mhijiex Stat maħsub biex jieħu post l-istati eżistenti, iżda fl-istess waqt l-UE titqies aktar minn kull organizzazzjoni internazzjonali oħra. L-UE hi entità unika.
L-Istati Membri tagħha waqqfu istituzzjonijiet komuni. Lil dawn l-istituzzjonijiet, l-Istati Membri jiddelegawlhom parti mis-sovranità tagħhom biex deċiżjonijiet dwar ħwejjeġ speċifiċi jkunu jistgħu jittieħdu b'mod demokratiku f'livell Ewropew.
L-Ewropa hi kontinent li jħaddan għadd ta' tradizzjonijiet u ilsna differenti, iżda fl-istess ħin valuri komuni. L-UE tiddefendi dawn il-valuri u ssaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-popli ta' l-Ewropa; tippromwovi d-diversità u tiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadin.
Fid-dinja tas-Seklu 21, li kulma jmur qiegħda ssir aktar interdipendenti, se tinħass ħtieġa akbar biex kull ċittadin Ewropew jaħdem flimkien ma' nies minn pajjiżi oħra fi spirtu ta' kurżità, tolleranza u solidarjetà.
Dit zijn de 23 officiële talen van de EU – d.w.z. de talen die voor EU-aangelegenheden worden gebruikt. Op deze site kunt u voorbeelden horen, ingesproken door tolken van de EU-instellingen. Klik om meer te lezen over
talen in Europa en
tolken