Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Budapest

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: l-Ungeriż

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Mejju 2004

Munita: il-Forint Ungeriż HUF. L-Ungerija bħalissa qed tipprepara biex tadotta l-euro.

Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-21 ta’ Diċembru 2007.

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Is-sistema politika

L-Ungerija hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - li jeżerċita s-setgħa eżekuttiva u kap tal-istat - il-president - li r-responsabbiltajiet primarji tiegħu huma rappreżentattivi. L-Ungerija hija maqsuma fi 19-il provinċja, Budapest, u 23 belt b’awtorità fil-livell tal-kontea.

Il-pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Il-kummerċ u l-ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Ungerija fl-2020 kienu l-industrija (23.5%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (17.7%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (17.5%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 78% tal-esportazzjonijiet tal-Ungerija (il-Ġermanja 28%, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Awstrija u l-Italja 5% kull wieħed), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru fl-Istati Uniti u 3% fir-Renju Unit.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 71% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 24%, l-Awstrija 6% u l-Polonja u n-Netherlands 5%), filwaqt li barra mill-UE 9% jiġu miċ-Ċina u 4% mir-Repubblika tal-Korea.

L-Ungerija fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 21 membru fil-Parlament Ewropew mill-Ungerija. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fl-Ungerija

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Ungeriż, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-presidenzi Ungeriżi:

Jannar-Ġunju 2011

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Ungerija għall-Kummissjoni Ewropea hu Olivér Várhelyi, li hu responsabbli għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir.https://data.ec.europa.eu/ewp/63f23d58-0f93-426e-9d70-7f3f92d2deeb

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Ungerija

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-Ungerija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

L-Ungerija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

L-Ungerija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Ungerija, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Ungerija?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Ungerija 

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Ungerija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif l-Ungerija tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.