Avviż legali | X’hemm ġdid fuq is-sit EUROPA | Werrej | Dwar EUROPA | FAQ | Fittex | Kuntatt
L-Ewropa fi 12-il lezzjoniqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2)
EUROPA > L-UE f’daqqa t’għajn > abc > L-Ewropa fi 12-il lezzjoni > Lezzjoni 2

L-UE f’daqqa t’għajn

 Paġna ta’ merħba
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
Għaxar passi fl-Istorja
1951: Tiġi stabbilita l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar mis-sitt membri fundaturi
1957: It-Trattat ta’ Ruma jistabbilixxi suq komuni
1973: Il-Komunità tespandi għal disa’ Stati Membri u tiżviluppa l-politiki komuni tagħha
1979: L-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament Ewropew
1981: L-ewwel tkabbir Mediterranju
1993: Jiġi kkompletat is-suq uniku
1993: It-Trattat ta’ Maastricht jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea
1995: L-UE tespandi għal 15-il membru
2002: Jiġu introdotti l-karti tal-flus u l-muniti ewro
2004: Għaxar pajjiżi oħra jissieħbu fl-Unjoni

 

Robert Schuman waqt id-Dikjarazzjoni ta' Schuman © EC
Fid-9 ta’ Mejju 1950, il-Ministru Franċiż ta’ l-Affarijiet Barranin Robert
Schuman kien l-ewwel wieħed li ppreżenta pubblikament l-ideat li wasslu għall-Unjoni
Ewropea. Għalhekk, id-9 ta’ Mejju jiġi ċċelebrat bħala jum għeluq snin l-UE.

1.Fid-9 ta’ Mejju, 1950, id-Dikjarazzjoni Schuman ipproponiet l-istabbiliment ta’ Komunità Ewropea tal-Faħam u l-AzzardanskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska(KEFA), li saret realtà bit-Trattat ta’ Pariġi tat-18 ta’ April 1951. Dan stabbilixxa suq komuni fil-faħam u fl-azzar fost is-sitt pajjiżi fundaturi (il-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Olanda). Fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-għan kien li tiġi żgurata l-paċi fost in-nazzjonijiet rebbieħa u telliefa ta’ l-Ewropa u li jinġiebu flimkien bħala pajjiżi ndaqs, billi jikooperaw fi ħdan istituzzjonijiet komuni.

2. Fil-25 ta’ Marzu 1957, bit-Trattat ta’ Ruma, is-Sitta mbagħad iddeċidew li jibnu Komunità Ekonomika Ewropea (KEE)danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska ibbażata fuq suq komuni usa’ li jkopri firxa sħiħa ta’ oġġetti u servizzi. Id-dazji doganali bejn is-sitt pajjiżi kienu aboliti għalkollox fl-1 ta’ Lulju 1968 u matul is-snin 60 tas-seklu l-ieħor ġew stabbiliti wkoll politiki komuni, prinċipalment dwar il-kummerċ u l-agrikultura.

3. Din il-biċċa sogru tant irnexxiet li d-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit iddeċidew li jissieħbu fil-Komunità. L-ewwel tkabbir, minn sitta għal disa’ membri, seħħ fl-1973. Fl-istess ħin, ġew implimentati politiki soċjali u ambjentali ġodda , u fl-1975 kien stabbilit il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF).

4. Ġunju 1979 ra pass deċiżiv ’il quddiem għall-Komunità Ewropea, bl-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew bil-votazzjoni diretta ta’ dawk kollha li kellhom jedd jivvutaw. Dawn l-elezzjonijiet isiru kull ħames snin.

5. Fl-1981, il-Greċja ssieħbet fil-Komunità, segwita minn Spanja u l-Portugall fl-1986. Dan saħħaħ il-preżenza tal-Komunità fin-nofsinhar ta’ l-Ewropa u għamilha aktar urġenti li din tespandi l-programmi ta’ għajnuna reġjonali tagħha.

6. Ir-reċessjoni ekonomika dinjija fil-bidu tas-snin 80 tas-seklu li għadda, ġabet magħha mewġa ta’ pessimiżmu fil-konfront ta’ l-Ewropa. Madankollu, fl-1985 reġgħet feġġet tama ġdida meta l-Kummissjoni Ewropea, taħt il-President tagħha Jacques Delors, ippubblikat White Paper li ffissat programm biex ikun ikkompletat is-suq uniku Ewropew sa l-1 ta’ Jannar 1993. Din il-mira ambizzjuża kienet inkluża fl-Att Uniku EwropewdanskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska , li kien iffirmat fi Frar 1986 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1987.

7. Is-sura politika ta’ l-Ewropa nbidlet drammatikament bil-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin fl-1989. Dan wassal għall-unifikazzjoni tal-Ġermanja f’Ottubru 1990 u l-miġja tad-demokrazija fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant hekk kif dawn ma baqgħux aktar taħt il-kontroll Sovjetiku. L-Unjoni Sovjetika nfisha ma baqgħetx teżisti aktar wara Diċembru 1991.

Fl-istess ħin, l-Istati Membri kienu qed jinnegozjaw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea l-ġdid, li kien adottat mill-Kunsill Ewropew, magħmul mill-presidenti u/jew mill-prim ministri, f’MaastrichdanskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska f’Diċembru 1991. It-Trattat daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993. Billi żied oqsma ta’ kooperazzjoni integovernattiva ma’ l-istrutturi Komunitarji eżistenti, it-Trattat ħoloq l-Unjoni Ewropea (UE).

8. Dan id-dinamiżmu Ewropew ġdid u s-sitwazzjoni ġeopolitika tal-kontinent li kienet qed tinbidel wasslu biex tliet pajjiżi oħra – l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja – jissieħbu fl-UE fl-1 ta’ Jannar 1995.

Il-waqa' tal-Ħajt ta' Berlin © Reuters
Il-Ħajt ta’ Berlin twaqqa’ fl-1989 u d-diviżjonijiet l-antiki tal-kontinent
Ewropew bil-mod il-mod għebu.

9. F’dak iż-żmien, l-UE kienet fuq ir-rotta li kienet se twassalha biex tagħmel l-aktar kisba spettakolari tagħha, il-ħolqien ta’ munita unika . L-ewro kienet introdotta għal tranżazzjonijiet finanzjarji (mhux bi flus kontanti) fl-1999, filwaqt li l-karti tal-flus u l-muniti nħarġu tliet snin wara fit-12-il pajjiż ta’ l-erja ta’ l-ewro (li komunement tissejjaħ ukoll iż-żona ewro). L-ewro issa hija munita dinjija ewlenija għall-pagamenti u għar-riżervi flimkien mad-dollaru Amerikan.

L-Ewropej qed jiffaċċjaw il-globalizzazzjoni. It-teknoloġiji l-ġodda u l-użu dejjem akbar ta’ l-Internet qed jittrasformaw lill-ekonomiji, imma qed iġibu wkoll sfidi soċjali u kulturali.

F’Marzu 2000, l-UE adottat l- ‘istrateġija ta’ Liżbona’danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska biex l-ekonomija Ewropea tkun immodernizzata u tkun tista’ tikkompeti fis-suq dinji mal-parteċipanti ewlenin l-oħra bħall-Istati Uniti u l-pajjiżi li m’ilhomx wisq industrijalizzati. L-istrateġija ta’ Liżbona tinvolvi l-inkoraġġiment ta’ l-innovazzjoni u ta’ l-investment fin-negozji u l-adattament tas-sistemi edukattivi ta’ l-Ewropa sabiex dawn jissodisfaw il-ħtiġiet tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni.

Fl-istess ħin, il-qgħad u n-nefqa dejjem akbar għall-pensjonijiet qed jagħmlu pressjoni fuq l-ekonomiji nazzjonali, biex b’hekk ir-riforma qed issir dejjem aktar meħtieġa. Il-votanti qegħdin jitolbu dejjem aktar biex il-gvernijiet tagħhom isibu soluzzjonijiet prattiċi għal dawn il-problemi.

10. Kien għadda ftit żmien minn meta l-Unjoni Ewropea kienet kibret biex tinkludi 15-il membru meta bdew il-preparazzjonijiet għal tkabbir ġdid ta’ daqs li qatt qabel ma kien hemm bħalu . F’nofs is-snin 90 tas-seklu li għadda, l-eks-pajjiżi tal-blokk Sovjetiku (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakja), it-tliet Stati Baltiċi li kienu parti mill-Unjoni Sovjetika (l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja), waħda mir-repubbliki ta’ l-eks-Jugoslavja (is-Slovenja) u żewġ pajjiżi Mediterranji (Ċipru u Malta) bdew iħabbtu l-bieb ta’ l-UE.

L-UE laqgħet din l-opportunità li tgħin ħalli l-kontintent Ewropew ikun stabilizzat u biex testendi l-benefiċċji ta’ l-integrazzjoni Ewropea lil dawn id-demokraziji żgħażagħ. In-negozjati dwar is-sħubija futura nfetħu f’Diċembru 1997. It-tkabbir ta’ l-UE għal 25 pajjiż seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004 meta għaxra mit-12-il pajjiż issieħbu. Il- Bulgarija u r- Rumanija segwew fl-1 ta’ Jannar 2007.

Avviż legali | X’hemm ġdid fuq is-sit EUROPA | Werrej | Dwar EUROPA | FAQ | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna