Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Interview

Il-kaos kreattiv imsejjaħ Ewropa

Il-kaos kreattiv imsejjaħ Ewropa
(x-l) Wim Wenders ma' José Manuel Barroso

31/08/07

Id-direttur tal-films Ġermaniż Wim Wenders wieġeb il-mistoqsijiet li għamilnielu u qasam magħna l-viżjoni tiegħu ta' l-Ewropa.

F'Ġunju ta' din is-sena, Wim WendersEnglish , żar Brussell sabiex attenda d-dibattitu pubbliku msejjaħ "Diskorsi dwar l-Ewropa" li ttella' mill-istituzzjonijiet Ewropej.. Id-direttur tal-films Ġermaniż, li ħoloq films ta' fama mondjali bħal "Wings of Desire", ħa gost jiddedika ftit ħin magħna biex jaqsam ħsibijietu dwar l-Ewropa.

Xi jfisser għalik li tkun Ewropew?

Meta kont għadni daqsxejn ta' tifel, ħadt ir-ruħ meta skoprejt li minbarra li jien Ġermaniż kont ukoll Ewropew. Intbaħt li għal xi ħadd bħali, Ġermaniż wara t-Tieni Gwerra Dinjija, kien hemm il-ħtieġa ta' "definizzjoni" differenti. Din l-idea li wieħed huwa Ewropew ma kellhiex xenxuliet perikolużi ta' nazzjonaliżmu mdendlin magħha. Allura, sirt Ewropew akkanit avolja kont għadni biss tifel ta' għaxar snin!

L-idea ta' l-Ewropa għoġbitni, għax illiberatni mid-dwejjaq li wieħed ikollu jġorr it-tikketta nazzjonali, li hija xi ħaġa li minn dejjem iffastidjatni. Jien Ġermaniż, ġejt edukat kolli kemm jien ta' Ġermaniż, il-lingwa Ġermaniża hija responsabbli mhux biss minn suret ħsibijieti imma anke mill-kontenut tagħhom, imma jien kuntent li nista' nqis lili nniffsi Ewropew.

X'kienet l-akbar kisba ta' l-UE matul dawn il-50 sena li ilha magħna?

Naħseb li l-idea ta' l-Ewropa, il-proġett li nbeda 50 sena ilu, ħalliet impatt akbar minn kull idea politika oħra tul l-istorja Ewropea kollha.

Gawdejna minn perjodu twil ta' paċi. Hawn kultura totalment ġdida ta' djalogu fl-Ewropa, u hawn ukoll aktar żvilupp minn kwalunkwe parti oħra tad-dinja.

Gawdejna minn perjodu twil ta' paċi. Hawn kultura totalment ġdida ta' djalogu fl-Ewropa, u hawn ukoll aktar żvilupp minn kwalunkwe parti oħra tad-dinja.

Issa wasal il-waqt għall-Ewropa li tgħaddi għall-pass li jmiss u titla' fuq livell ieħor li permezz tiegħu tiddefinixxi ruħha.

Liema film Ewropew huwa l-aktar għal qalbek?

L‘auberge espagnoleEnglish . Fi żmieni, l-ivvjaġġar kien xi ħaġa riżervata għas-sinjuri. Illum il-ġurnata, bit-titjiriet irħas, iż-żgħażagħ Ewropej qed jivvjaġġaw aktar, u donnhom isibu ruħhom f'pajjiż differenti kull weekend. Il-film huwa mera preċiża ta' dan u jirrifletti l-lat avventuruż, dak il-kaos li tirrappreżenta l-Ewropa. Xejn ma jista' jispirani aktar mill-kaos, għalhekk nagħmel il-films. Fost il-kaos, trid issib it-tifsira li tittrasformah u tagħtih is-sens, li tifforma storja u twassal l-emozzjonijiet. Il-kaos huwa l-akbar għajn ta' ispirazzjoni għall-artist, u l-Ewropa hija fil-fatt kaotika.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna