Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Interview

David Reinert: Il-leħen Taljan fil-kostruzzjoni ta' l-Ewropa

David Reinert: Il-leħen Taljan fil-kostruzzjoni ta' l-Ewropa
David Reinert, 'l-aqwa interpretu'.

29/05/07

Walter Hallstein introduċalil David Reinert ma' Teddy Kennedy bħala “l-aqwa interpretu”, xi ftit tas-snin wara l-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma. David kien ingħaqad mal-Kummissjoni ftit wara li kien l-interpretu fil-kabina Taljana waqt l-iffirmar. Peress li kien diġa' ħadem ma' Konrad Adenauer qabel Ruma, irċieva telefonata jumejn qabel l-iffirmar biex jaraw jistax jgħin. Mar Ruma, konxju li kienet okkazzjoni imma bla ma rrealizza li l-futur tiegħu kien qed jinkixef quddiemu.

Huwa jiftakar il-ġurnata sew – kienet ix-xita f'Ruma u inġabret folla mhux ħażin bl-umbrelel quddiem il-Campidoglio biex jaraw x'kien qed jiġri f'dan l-avveniment storiku. Setgħu jisimgħu kollox live peress li kien qed jiġi mxandar fuq il-loudspeakers. “Dak li semgħet il-folla ma kienux it-taħditiet oriġinali tal-kapijiet tal-gvern u s-Sindku ta' Ruma, imma l-interpretazzjoni Taljana, jiġifieri lili, peress li jien kont l-uniku interpretu fil-kabina Taljana”.

L-interpretazzjoni ġiet imxandra wkoll fuq ir-radju Taljan sabiex in-nies setgħu jisimugħha minn madwar l-Italja kollha. Mid-dehra, xi nies fi klinika tal-maternità fin-naħa t'isfel tal-pajjiż kienu qed jisimgħu fl-istess ħin li kienet qed titwieled tifla. Semmugħha Europa, mgħammda bil-vuċi ta' l-interpretu Taljan! “M'għandix idea x'sar minnha, nista' biss noħlom: illum mara ta' ħamsin, x'aktarx miżżewġa, bit tfal li jisimhom… xiex?”, ikkonkluda David.

David attenda l-festa ta' wara iżda ma kellux ingravata sewda – malajr xtara waħda minn hemm. Servietu tajjeb waqt karriera twila 30 sena jakkumpanja l-Kummissarji u l-Ministri madwar id-dinja.

Meta sar interpretu uffiċjali fi Frar ta' l-1959, huwa malajr sab ruħu jinterpreta waqt il-laqgħat ta' kull ġimgħa tal-Kummissjoni, jivvjaġġa mal-Presidenti tal-Kummissjoni għas-Samits tal-G7 u l-G8 u għal-laqgħat konġunti bejn l-UE u l-Istati Uniti. Jiftakar meta ltaqa' mal-President Nixon ma' Franco Malfatti. “F'dik l-okkażjoni qgħadna fi Blair House, li hija rriservata għall-mistiedna Presidenzjali, faċċata l-White House. Bagħtu limousine sewda kbira biex teħodna għal-laqgħa – ivjaġġajna xi 100 jarda fiha. Ħassejtni qisni xi artist tal-films!”

Huwa ħa gost immens jaħdem bħala interpretu mal-Kummissjoni. David huwa persuna li jħobb jagħmel l-affarijiet u b'hekk jippreferi jinterpreta waqt il-laqgħat milli jaħdem bħala amministratur. Imma l-amministrazzjoni spiċċat tindaħal biex hu temm il-karriera tiegħu bħala l-aġent Direttur tas-servizz dwar il-konferenzi. “Meta bdejt, kellna xi żewġ laqgħat jew konferenzi fil-ġimgħa. Sa l-1989, konna tlajna sa 50 kuljum. L-isfida tax-xogħol kienet imbiddlet. Madankollu, xorta kont nieħu gost naħdem ġo kabina. Ħassejtni partikolarment onorat meta l-President Delors irringrazzjani pubblikament waqt l-aħħar biċċa xogħol tiegħi bħala interpretu fil-laqgħa ta' kull ġimgħa tal-Kummissjoni. Xogħolna xi kultant ma jiġix meqjuż kif xieraq imma l-President wera l-apprezzament tiegħu b'mod tassew peronali”.

David għadu mhux lest joqgħod komdu d-dar u jgawdi l-ħafna annimali li għandu d-dar u l-pensjoni, fil-fatt xi kultant jagħmel xi xogħol freelance minn jeddu kif ukoll f'xi emergenza. Għadu jikkontribwixxi fl-evoluzzjoni tat-Trattat, xi 50 sena wara.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna