Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Ġranet għall-pubbliku dwar l-iżvilupp reġjonali

Ġranet għall-pubbliku dwar l-iżvilupp reġjonali

05/10/07

L-Ewropa sseħħ fir-reġjuni u l-ibliet tagħha. Il-ġranet għall-pubbliku ta' din is-sena (8-11 ta' Ottubru) se jservu ta' vetrina għall-kollaborazzjoni fir-reġjuni li tinsab fl-aqwa tagħha.

Minn Umeå (l-Iżvezja) fit-Tramuntana sa Arhanes (Kreta) fin-Nofsinhar, madwar 250 konferenza koordinati, laqgħat ta' ħidma u avvenimenti se jattiraw aktar minn 5 000 parteċipant u 600 espert għall-ġimgħa Ewropea tar-reġjuni u l-iblietEnglish , l-aktar avveniment annwali fil-kalendarju ta' l-UE dwar l-iżvilupp reġjonali DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski u l-okkażjoni ideali sabiex jiġu esplorati possibilitajiet ġodda għat-tkabbir ekonomiku.

L-avveniment ta' din is-sena se jiffoka fuq it-tnedija tal-programmi l-ġodda ta' l-investiment reġjonali għall-2007-13, li jiswa madwar €350 biljun. Matul din il-ġimgħa, fi Brussell, se jsiru seminars dwar dawn il-ħames suġġetti:

  • nattiraw l-investituri – reġjuni u bliet juru kif taħdem
  • kwistjonijiet ta' prossimità – żvilupp raggruppamenti u żvilupp reġjonali
  • infieq bi ħsieb – sħubijiet pubbliċi-privati u inġinerija finanzjarja
  • naqsmu l-fruntieri – networking u l-aqwa prassi li jagħtu appoġġ lit-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi
  • niżguraw l-implimentazzjoni – kif il-programmi l-ġodda qed ikunu implimentati

"l-2007 hija s-sena ta' twettiq għall-politika ta' l-UE dwar il-koeżjoni" qalet il-Kummissjaru għall-politika reġjonali Danuta Hübner. "Ser inwettqu aktar minn 450 programm nazzjonali, reġjonali u bejn il-fruntieri għall-2007-13."

Għall-ewwel darba, din is-sena, se tiġi ppreżentata d-dimensjoni internazzjonali tal-politika reġjonali . Se jiħdu sehem ministri u rappreżentanti reġjonali miċ-Ċina, ir-Russja u l-Brażil, kif ukoll esperti minn pajjiżi oħra li mhumiex membri ta' l-UE u entitajiet internazzjonali.

Din il-ġimgħa hija organizzata mill-kumitat tar-reġjunidanskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska u l-Kummissjoni Ewropea flimkien ma' 212 reġjun u belt minn 33 pajjiż Ewropew, kif ukoll negozji, organizzazzjonijiet bankarji u tas-soċjetà ċivili. Għal darb'oħra din is-sena, l-imsieħba pubbliċi u privati se jiltaqgħu fil-café ta' l-investituriEnglish , ikopru seba' suġġetti ewlenin (it-trasport, l-enerġija, l-ambjent, is-saħħa, ir-riċerka, l-inġenjerija finanzjarja u l-innovazzjoni). Filwaqt li jixorbu l-kafe, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jsegwu 50 seminar u laqgħat ta' ħidma marbuta flimkien.

"Il-ġranet għall-pubbliku se jservu ta' vetrina għal dawn ir-reġjuni u bliet għat-tagħrif u l-intelliġenza kreattiva u jibni netwerks ibbażati fuq is-suċċessi eċċezzjonali" qal il-president tal-kumitat tar-reġjuni Michel Delebarre.

Fittex avveniment tal-ġranet għall-pubbliku viċin tiegħek

Reklam dwar il-ġranet għall-pubbliku

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna