Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Ewro-ħrejjef – wasal iż-żmien li jiġu ċċarati l-affarijiet

Ewro-ħrejjef – wasal iż-żmien li jiġu ċċarati l-affarijiet

07/09/07

Il-verità wara r-rakkonti frekwenti tat-tablojds dwar 'l-aħħar idea bizzarra minn Brussell'.

Ta' sikwit l-istampa popolari tippubblika stejjer allarmanti dwar pjanijiet imħejjija mill-"ewrokratiċi mġienen" – per eżempju sabiex ikunu standardizzati d-daqsijiet tal-kondoms jew il-qisien tal-ħwejjeġ tan-nisa jew sabiex tiġi pprojbita l-banana mgħawġa..

Tiftakruha din mid-Daily Express? "L-aħħar regolament mill-UE se jara lin-nisa Britanniċi jespandu sakemm ma jibqgħux jintgħarfu " U l-istorja wara dan kollu? L-istandardizzazzjoni tal-qies tal-ħwejjeġEnglish , ibbażata fuq iċ-ċentimetri flok il-pulzieri. Iżda dan ir-regolament ta' l-UE ma jeżistix – l-istandards Ewropej jissawru permezz ta' ftehim volontarju bejn entitajiet nazzjonali mingħajr il-kontribut ta' Brussell.

Dan huwa eżempju wieħed biss ta' l-hekk imsejjħa Ewro-ħrejjefEnglish –informazzjoni falza jew mgħawġa dwar l-UE imxerrda mill-midja. Filwaqt li xi stejjer huma bbażati fuq fatti li ġew interpretati b'mod ħażin jew esaġerat, oħrajn huma sempliċiment ivvintati bħall-istorja ppublikata f'"The Sun" dwar allegazzjonijiet ta' pjanijiet ta' l-UEEnglish biex jinbidel l-isem ta' snack Indjan minn "Bombay mix" għal "Mumbai mix" minħabba l-korretezza politika. Kienet maħluqa mill-editur ta' aġenzija ta' l-aħbarijiet li qal "kienet maħsuba li tkun divertenti għat-tablojds".

Ta' spiss l-Ewro-ħrejjef jinħolqu mill-istampa tat-tablojds Britanniċi.   Stejjer oħra giddibin jinkludu l-armonizzazzjoni tad-daqs tal-kondoms – li bħal fir-rigward tal-qies tal-ħwejjeġ, l-UE m'għandha x'taqsam xejn mal-ħolqien ta' dawn l-istandards – u l-projbizzjoni tal-bananaEnglish "mgħawġin b'mod eċċessiv". Għallinqas din l-istorja għandha biċċa verità: il-banana, jekk tinbiegħ taħt il-kategorija "extra class", għandha tkun "ħielsa minn kull malformazzjoni jew tgħawwiġ abnormali". Iżda l-UE qatt ma ppruvat timponi projbizzjoni fuqhom. Huwa importanti wkoll li niftakru li l-industrija u l-konsumaturi jridu l-istandards fuq l-oġġetti u mhux xi għadd ta' "ewrokratiċi mġienen" li jinsabu fi Brussell!

Il-ġurnalisti Britanniċi mhumiex l-uniċi li jipposjedu immaġinazzjoni fertili. Meta l-gazzetta Daniża Søndagsavisen irrappurtat dwar is-sussidju fuq il-pilloli tal-ViagraEnglish għall-ewrokratiċi, inħoloq Euromyth ieħor. Il-gazzetta nsiet issemmi li n-nefqa għal Viagra hija koperta biss mill-assigurazzjoni tas-saħħa għall-persunal ta' l-UE li jsofru minn impotenza kkawżata minn mard serju bħal kanċer. Minn eluf ta' membri tal-persunal, għaxra biss qed ikunu mħallsa lura l-ispejjeż għal din il-pillola.

Għalkemm dawn l-istejjer huma divertenti biex jinqraw, għandhom potenzjal perikoluż – li malajr jinxtered  fuq l-internet u mezzi ta' komunikazzjoni oħra –-peress li dawn ikomplu jeżistu bħala veritajiet aċċettati fl-opinjoni pubblika u jiffurmaw l-ideat tal-pubbliku dwar l-UE bħala kontrollur li jindaħal xi ftit żejjed.

Iċċara il-fatti tiegħek!English

X'taħseb dwar l-EU?

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna