Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Ambizzjonijiet kbar fil-qasam ta' l-għajnuna umanitarja

Ambizzjonijiet kbar fil-qasam ta' l-għajnuna umanitarja
L-għajnujna ta' l-UE tasal il-Możambik wara ċ-ċiklun Favio fi Frar ta' l-2007

24/08/07

L-UE qed tfittex li tqawwi r-rispons għall-kriżijiet umanitarji permezz ta' prinċipji u valuri ċari.

Bħala l-akbar donatur ta' l-għajnuna fid-dinja, il-Kummissjoni ta' l-UE, f'Ġunju adottat Komunikazzjoni biex tesprimi ruħha favur il-kawżi umanitarji, u kkundannat il-vjolazzjonijiet tal-liġi internazzjonali u l-attakki kontra l-ħaddiema li joffru l-għajnuna, filwaqt li tat ħarsa ġenerali lejn il-prinċipji u l-valuri ewlenin li fuqhom jissejjes l-impenn ta' l-UE fir-rigward ta' l-għajnuna umanitarja.

Dawn il-prinċipji u valuri ssaffew wara konsultazzjoniEnglish li damet għaddejja għal sena sħiħa fost l-entitajiet umanitarji (l-NGOs, l-organizzazzjonijiet speċjalizzati u l-aġenziji tan-NU). Din il-konsultazzjoni qajmet kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw l-effiċjenza tal-ħaddiema fil-qasam ta' l-għajnuna umanitarja fit-twettiq ta' dmirijiethom:  in-newtralità, l-imparzjalità, ir-rispett lejn il-liġi umanitarja, u l-prinċipji ta' l-għajnuna umanitarja.

Il-pass li jmiss se jkun stqarrija bi sħabEnglishFrançais li se tiddikjara l-kunsens fl-UE dwar il-prinċipji u l-aqwa prattiki għall-azzjoni umanitarja. Il-ħsieb wara dan huwa li l-isforzi ta' għajnujna tagħna jsiru effiċjenti kemm jista' jkun u li nirsistu ħalli niksbu metodoloġija aktar koerenti, li permezz tagħha kull min ikun involut – partikolarment, l-UE, il-pajjiżi membri u l-isħab li jimplimentaw il-proġetti - ikun f'pożizzjoni li jikkoopera bla dewmien u b'mod konsistenti.

Fi kliem il-Kummissarju inkarigat mill-iżvilupp, Louis Michel: "Hemm ħafna nies li jeħtieġu desperetament l-għajnuna tagħna fid-Darfur, il-Lvant Nofsani, ix-Sri Lanka u bosta żoni oħra mwiegħra. L-impatt tar-rispons tagħna għad jissaħħaħ jekk naħdmu mill-qrib flimkien fil-livell ta' l-UE sabiex niżguraw aċċess xieraq għaż-żoni fi kriżi."

StħarriġEnglishFrançais li sar dan l-aħħar żvela li disa' minn kull għaxar Ewropej jaqblu li għandu jkun hemm involviment Ewropew fi kwistjonijiet umanitarji. Nofs dawk li pparteċipaw jidhrilhom li l-għajnuna tkun aktar effiċjenti meta titwassal permezz ta' l-UE.

L-uffiċċju għall-għajnuna umanitarja ta' l-UE (l-ECHOEnglishFrançais ) huwa l-aktar organizzazzjoni li joffri għajnuna umanitarja fid-dinja. Dan iservi xi 18-il miljun persuna fis-sena, f'il fuq minn 60 pajjiż permezz ta' 200 entità li jaħdmu mill-qrib miegħu (NGOs u aġenziji tan-NU). In-nefqa totali tiegħu tisboq is-€700 miljun fis-sena.

Filmati dwar l-għajnuna umanitarjaEnglishFrench

L-għajnuna umanitarja u l-Unjoni Ewropea (fuljett)

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna