Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Dejjem hemm xi ħadd għand min tista' tmur

Dejjem hemm xi ħadd għand min tista' tmur

17/08/07

L-Ewropej li jivvjaġġaw madwar il-pjaneta huma ntitolati għall-protezzjoni diplomatika u konsulari mis-27 pajjiż ta' l-UE.

Fl-aħħar, il-vaganzi tant mistennija waslu. Iż-żmien li nirrilassaw ? taħt is-siġar tal-palm u nixorbu xi ħaġa rinfreskanti. Imma x'jiġri jekk il-vaganza tal-ħolm tinbidillek fi ħmar il-lejl? X'jiġri jekk issib ruħek f'xi basla serja f'pajjiż ieħor?

Skond stħarriġEnglish, nofs l-Ewropej kollha jittamaw li jivjaġġaw 'l barra mill-UE fit-tliet snin li ġejjin. Dak li biss ftit minnhom jafu hu li huma jistgħu jirrikorru għand l-ambaxxati u l-konsulati ta' kwalunkwe stat membru ta' l-UE f'każ ta' emerġenza.

Kemm jekk tkun involut f'xi inċident serju jew tisfa vittma ta' xi kriminali vjolenti, bħala ċittadin ta' l-UE tista' titlob il-ħarsien diplomatiku u konsulariDeutschEnglishfrançais ta' kwalunkwe pajjiż mis-27 membru ta' l-UE. Jekk pajjiżek stess ma jkunx rappreżentat (ambaxxxata, konsulat ġenerali, konsulat jew konslu onorarju) int intitolat għal għajnuna mir-rappreżentanti permanenti ta' kwalunkwe pajjiż ieħor ta' l-UE27 meta tipprovdi prova tan-nazzjonalità tiegħek. L-għajnuna tista' tingħatalek fil-każ ta' arrest, detenzjoni, mewt jew ripatrijazzjoni. Fil-każ ta' emerġenza serja, tista' tingħata wkoll għajnuna finanzjarja.

Huwa importanti li tifhem li trid tmur fl-ambaxxati u l-konsulati u mhux fid-Delegazzjonijiet ta' l-UEEnglish, peress li dawn ma jistgħux joffru protezzjoni diplomatika u konsulari Din hija taħt il-ġuriżdizzjoni tal-pajjiżi membri nfushom.

Għal pariri b'xejn dwar drittijietek oħra u fejn għandek tmur għall-għajnuna, ċempel lis-servizz EUROPE DIRECT fuq 00800 6 7 8 9 10 11 minn kullimkien fl-UE.

Konsulati u ambaxxati tal-pajjiżi ta' l-UE

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna