Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

L-Iskejjel jiffesteġġaw il-50 sena mit-twaqqif ta' l-UE

L-Iskejjel jiffesteġġaw il-50 sena mit-twaqqif ta' l-UE
Dehra ġdida għall-Ewropa

20/07/07

"Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa" iservi biex eluf ta' tfal ta' l-iskola mill-iskejjel Ewropej jitgħallmu dwar l-UE u jagħmlu lista bix-xewqat tagħhom għall-futur.

"Jum ir-Rebbiegħa" ta' l-2007 kompla jibni fuq is-suċċess tat-tliet snin preċedenti billi ta ċ-ċans lil 4,822 skola sabiex jipparteċipaw f'avveniment li dam għaddej mis-26 ta' Marzu sat-30 ta' Ġunju.

Din il-kampanja Ewropea, li tfasslet apposta għat-tfal ta' l-iskola, għandha l-għan li tespandi l-għarfien tagħhom dwar l-UE permezz ta' attivitajiet edukattivi u dibattiti ma' personaġġi politiċi Ewropej.

It-tema għall-2007 kienet il-50 anniversarju ta' l-UE. Il-websajt uffiċjali ta' Jum ir-Rebbiegħa offriet għadd ta' riżorsi ta' għajnuna għall-għalliema sabiex iħejju lezzjonijiet dwar din it-tema u dwar l-istorja ta' l-UE. Ma naqsux ukoll is-suġġerimenti dwar kif l-iskejjel jistgħu jorganizzaw "Jum ir-Rebbiegħa" tagħhom.

It-tfal li ħadu sehem bla dubju ma ħallew xejn iżommhom lura milli jimirħu fil-kreattività tagħhom: dibattiti, festivals, wirjiet – itellgħu kull xorta ta' avvenimenti sabiex titfakkar din iċ-ċelebrazzjoni. Biex ma tonqsilhomx il-motivazzjoni, din is-sena ttellgħu wkoll żewġ kompetizzjonijiet. L-iskejjel primarji ġew mistiedna jiddisinjaw bolla komemorattiva għal għeluq snin l-UE, filwaqt li l-iskejjel sekondarji ntalbu joħolqu powster dwar id-demokrazija.

Sabiex l-UE titqarreb dejjem aktar lejn it-tfal u ż-żgħażagħ, l-iskejjel tellgħu dibattiti kemm virtwali kif ukoll bil-kelliema preżenti fiżikament ma' personaġġi prominenti Ewropej. Xi 80 personalità (Membri tal-Parlament Ewropew, Kummissarji, u membri mill-Istituzzjonijiet l-oħra ta' l-UE) marru lura fuq il-bankijiet ta' l-iskola sabiex jiltaqgħu mat-tfal tal-lum. U 86 skola minn 23 pajjiż ingħatalhom iċ-ċans jiċċattjaw onlajn ma' personaġġi oħra Ewropej. Permezz ta' dan staqsewhom domandi fuq suġġetti bħal x'sehem għandhom l-Istituzzjonijiet ta' l-UE u x'kienu l-akbar kisbiet ta' l-Unjoni matul il-50 sena li ilha teżisti.

X'seħħ fl-iskejjel fl-okkażjoni ta' Jum ir-Rebbiegħa?

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna