Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Ġurnalisti żgħażagħ jiltaqgħu biex jiffurmaw il-futur tal-midja Ewropea

Ġurnalisti żgħażagħ jiltaqgħu biex jiffurmaw il-futur tal-midja Ewropea
Il-karikatura tal-politika Ewropea

13/07/07

Aktar minn 270 ġurnalist minn madwar l-Ewropa inġabru fi Brussell għall-jiem tal-midja żagħżugħa.

Taħt l-awspiċji tal-Parlament Ewropew u b'organizzazzjoni konġunta mal-European youth press English, il-jiem tal-midja żagħżugħa Ewropea English involviet ġurnalisti bejn l-etajiet ta' 18 u 30 sena fi tlett ijiem ta' diskussjonijiet, laqgħat u sessjonijiet ta' ħidma dwar kwistjonijiet attwali ta' l-UE. Flimkien ma' professjonisti tal-midja, MEPs u esperti fuq l-UE, il-ġurnalisti sabu l-opportunità jgħidu tagħhom bejn is-27 u t-30 ta' Ġunju dwar il-futur tal-ġurnaliżmu Ewropew.

Id-diskussjonijiet tal-bord involvew il-president tal-parlament Hans Pöttering, il-mexxejja tal-gruppi politiċi differenti tal-parlament u rappreżentanti mill-istampa, b'korrespondenti minn Brussell jiddiskutu l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ġurnalisti Ewropej. "Hawnhekk fi Brussell huwa diffiċli ħafna li tbiegħ stejjer Ewropej", qal il-president ta' l-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' l-Istampa Lorenzo Consoli. Huwa spjega li l-midja domestika tagħti aktar spazju għal stejjer nazzjonali.

Il-ġurnalisti żgħażagħ inqasmu f'aktar minn 20 grupp ta' ħidma differenti u pproduċew ammont ta' prodotti veri tal-midja, inklużi artikli, newsletters, filmati, ritratti, produzzjonijiet tar-radju u karikaturi. "Din kienet l-ewwel darba li kont fil-kumpanija ta' dawn in-nazzjonalitajiet differenti kollha", qal wieħed minnhom.

Bħala mod ġdid u aktar modern kif iħajjar liż-żgħażagħ jiffurmaw il-futur ta' l-Ewropa, il-jiem tal-midja żagħżugħa għandhom joffru opportunità ewlenija fil-bidla tal-midja u jagħtuha xeħta aktar Ewropea milli għandha llum.

Ara xi wħud mir-riżultati tas-sessjoni ta' ħidma:

Big Brother Europe is watching you (filmat) English

Dokumentarju bir-ritratti dwar il-fqar fi Brussell

Prodotti oħra tal-midja żagħżugħa Ewropea English

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna