Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

L-artisti tal-graffiti jsebbħu Turin għaċ- ċelebrazzjoni tal-50 sena ta' l-Ewropa

L-artisti tal-graffiti jsebbħu Turin għaċ- ċelebrazzjoni tal-50 sena ta' l-Ewropa
L-artisti jaħdmu

06/07/07

L-artisti tat-triq jiċċelebraw għeluq il-50 sena ta' l-UE billi jżejjnu l-ħitan urbani żdingati b'sentenzi ispirati mill-valuri ta' l-UE.

Fost il-ħafna avvenimenti li kkommemoraw Jum l-Ewropa din is-sena, żgur li Segni d'Europaitaliano (it) kien wieħed mill-aktar oriġinali. L-avveniment, organizzat bejn is-7 u d-9 ta' Mejju mill-belt ta' Turinitaliano (it) u ċ-Cerchio e le Gocceitaliano (it), assoċjazzjoni li tippromwovi l-kitba bil-graffiti u l-arti tat-triq, b'kollaborazzjoni ma' poeti mill-Opiemme, tat il-ħajja mill-ġdid lil tliet ħitan imġarrfa f'din il-belt Taljana. Il-ħitan inksew bil-kuluri u siltiet ispirati minn missirijietna, il-fundaturi ta' l-UE u minn irġiel u nisa oħra li raw 'il quddiem.

Kif jgħid il-Professur Keating fil-film Dead Poets Society, "Tagħtux każ x'jgħidilkom ħadd ieħor, il-kliem u l-ideat jistgħu jibdlu d-dinja", u dan kien eżattament l-għan tal-graffiti tal-50 anniversarju ta' l-UE. L-avveniment joħroġ id-dibattitu dwar l-Ewropa fit-toroq minn ġot-torrijiet ta' l-ivorju ta' l-UE.

Is-siltiet ġew magħżula waqt laqgħa ta' ħidma li involviet studenti ta' l-iskola u poeta żagħżugħ, u inkludiet kliem minn Jean Monnet, Albert Einstein, Saint Augustine, William Faulkner, kif ukoll bosta oħrajn magħżula biex jagħtu leħen għall-ħsibijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ dwar l-Ewropa.

"L-organizzazzjoni ta' l-avveniment ma kinitx faċli" qal Danzio Bonavia taċ-Cerchio e Le Gocce’s. "Kien hemm entużjażmu mill-missirijet tal-belt, minn dawk li kienu għaddejjin u min-negozju lokali. Issa nisperaw li l-graffiti jsir attrazzjoni turistika għall-belt." Meta għarfet il-valur ta' l-arti tat-triq, il-belt ta' Turin uriet li l-famuż kliem ta' Einstein li "huwa aktar diffiċli tfarrak preġudizzju milli atomu", mhux dejjem huwa minnu.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna