Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Nirkbu l-ferrovija Ewropea

Nirkbu l-ferrovija Ewropea
Ritratt fi grupp ta' l-atturi ta' In-Transit

28/06/07

Film qasir iffinanzjat mill-UE jagħti titwila lejn il-futur ta' l-Ewropa minn għajnejn grupp ta' żgħażagħ Ewropej li jkunu qed jivvjaġġaw minn naħa għall-oħra ta' l-Ewropa.

Il-proġett In-TransitEnglish (en), jiffoka fuq ħajjet iż-żgħażagħ Ewropej permezz ta' film ta' 15-il minuta u websajt interattiva. L-UE tinsab fit-triq it-tajba, u f'liema direzzjoni tinsab għaddejja?

"Iż-żgħażagħ [...] jeħtieġilhom iqumu u jagħżlu d-direzzjoni," qalet Cristina Basto, li għenet fil-koordinament tal-proġett.  Il-karattri tal-film huma karikaturi perfetti ta' l-isterjotipi Ewropej: Brittaniku li jqis lill-Ewropa tal-Lvant bħala 'it-tielet dinja", Franċiża supperva, Taljan kemmxejn pastaż jiflirtja ma' tfajla Żvediża ffissata fuq il-moda, Ġermaniż b'karattru monotonu.

Dan il-film qasir, li ntwera għall-ewwel darba f'Marzu fl-okkażjoni tal-50 anniversarju ta' l-UE ġo sala ppakkjata bin-nies fi Brussell, huwa marbut ma' websajt interattiva. Poġġi bil-qiegħda f'vagun virtwali tat-trejn virtwali ta' In-TransitEnglish (en)  u interaġixxi mal-passiġġieri l-oħra. Meta tikklikkja fuq il-postijiet ta' ħaddieħor tkun tista' tara l-profili tagħhom u tingħaqad f'diskussjoni onlajn.

Il-proġett, li huwa appoġġjat minn assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ fosthom l-AEGEEEnglish (en)  u l-AIESECEnglish (en), li huma tnejn mill-akbar entitajiet ta' l-istudenti fid-dinja, u minn għadd ta' personalitajiet fi ħdan il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, għandu l-għan li jipprovdi pjattaforma għaż-żgħażagħ sabiex dawn jiskambjaw ideathom dwar l-istat attwali ta' l-Ewropa u jkollhom iċ-ċans isemmgħu leħinhom.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna