Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Żgħażagħ iddibattu!

Żgħażagħ iddibattu!
L-avveniment – Jum l-Ewropa fl-Iskola: Immorru fil-lokal. Nilħqu liż-żgħażagħ—waħda mid-disinni li saru mill-istudenti Ungeriżi.

25/05/07

Bis-suċċess kbir li kisbu ż-żewġ avvenimenti prinċipali tas-sena ddedikata għaż-żgħażagħ, din ir-rebbiegħa l-iskejjel qegħdin jiċċelebraw l-Ewropa aktar minn qatt qabel.

Iż-żgħażagħ qed jinġabru għall-ħames Jum ir-Rebbiegħa fl-Ewropa sabiex jiddibattu l-valuri tagħhom, l-kisbiet u d-direzzjoni għal ġejjieni ta' l-Ewropa. filwaqt li jitgħallmu aktar u jiltaqgħu ma' personalitajiet pubbliċi Ewropej. L-avveniment, beda fis-26 ta' Marzu - li ġurnata ta' wara l-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma – u jibqa għaddej sat-30 ta' Ġunju, din ir-Rebbiegħa tiċċlebra l-aħħar ħamsin sena flimkien billi nħarsu lejn il-futur.

L-avvenimenti qed iseħħu f'aktar minn 4 000 skola primarja u sekondarja madwar l-Ewropa. Kompetizzjonijiet, wirjiet, dibattiti u laqgħat qed iseħħu fl-istess waqt ta' konferenzi onlajn u chats fejn studenti f'pajjiżi differenti jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-personalitajiet lokali, nazzjonali jew anke internazzjonali.

Fl-10 u l-11 ta' Mejju, dawn kienu l-Kummissarji Ewropej Leonard Orban (multilingwiżmu) u Margot Wallström (komunikazzjoni).

Fid-9 ta' Mejju  English (en) , EuropeAid, l-Uffiċċju tal-Kooperazzjoni EuropeAid, ma tilfux l-okkażjoni sabiex jgħamlu kuntatt maż-żgħażagħ u involviet madwar 100,000 studenti bejn l-eta' ta' 13 u 18 fil-proġett Jum l-Ewropa fl-iskola  English (en) . Nivvjaġġaw lejn l-erba' rkejjen ta' l-Ewropa, madwar 100 uffiċjal li jaħdmu fil-qasam tal-kooperazzjoni esterna żaru aktar minn 4,400 klassijiet sabiex jitkellmu dwar proġetti u attivitajiet imwettqa mill-UE madwar id-dinja.

Mir-realtà drammatika tat-tfal li jgħixu fit-triq tal-Kenja għal ġlieda kontra l-povertà globali, mill-adeżjoni tat-Turkija ma' l-UE sal-migrazzjoni Afrikana, l-azzjonijiet ta' l-UE fil-qasam umanitarju ġew ippreżentati lill-udjenza żgħażugħa f'forma ta' taħdit, kompetizzjonijiet ta' disinni, preżentazzjonijiet teatrali, kunċerti u ħafna aktar.

Kemm Jum ir-Rebbiegħa u Jum l-Ewropa rriżultaw f'suċċess matul is-snin li għaddew fi proġetti ta' l-iskola. Dan sar avveniment integrat bis-sħiħ fil-kalendarju f'numru ta' skejjel Ewropej li dejjem jiżdied.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna