Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Fil-pajjiżi ta' l-UE > Il-Belġju
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

Awguri Erasmus!

l-Konferenza tal-Ftuħ ta' l-20 Anniversarju ta' ERASMUS I

Konferenza
Dati: 18/01/07
Post: Brussell
Pajjiż: Il-Belġju
Parteċipanti: Studenti u ex-studenti Erasmus, membri tan-Netwerk ta' l-Istudenti Erasmus
Organizzatur: Netwerk ta’ l-Istudenti Erasmus
Aktar informazzjoni: http://www.esn.org/20erasmus/,secretariat@esn.org. Il-konferenza hija b'xejn imma trid issir ir-reġistrazzjoni fuq is-sit tal-web.


http://europa.eu/50/news/article/070202_mt.htm
Awguri Erasmus!

Dan l-avveniment għandu jkun ġabra kbira ta' studenti u ex-studenti Erasmus u membri tan-Netwerk ta' l-Istudenti Erasmus. Jaqsmu l-ideat bejniethom u r-rappreżentanti ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej. Jitħaddtu dwar sehem l-Istudenti Erasmus fis-Soċjetà Ewropea u jkun hemm taħlita ta' seminars u ċelebrazzjonijiet.

Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta' l-20 Anniversarju tal-Programm Erasmus, in-Netwerk ta' l-Istudenti Erasmus (ESN) se jorganizza xi żewġ avvenimenti. L-għan hu li tintwera l-importanza ta' Erasmus u kif l-iskambju bejn il-kulturi jista' joħloq Ewropa aktar qawwija.

Il-Kumitat tar-Reġjuni ħa jospita l-Konferenza tal-Ftuħ fi Brussell. Dan l-avveniment għandu jiġbor flimkien ħafna studenti u ex-studenti Erasmus u membri ta' l-ESN, li ser ikollhom ċans jaqsmu l-opinjonijiet u l-kummenti tagħhom dwar Erasmus mal-partijiet interessati Ewropej. Dawn se jkunu rrappreżentati mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Margot Wallström u minn Jan Figel', Membru tal-Kummissjoni Ewropea li jieħu ħsieb l-Edukazzjoni, il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll Membri tal-Parlament Ewropew.

Se tingħata attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni fil-prattika tal-programm, billi jingħataw iċ-ċans jitkellmu l-20,000 persuna li rrispondew għall-Istħarriġ ESN 2005 u 2006 dwar id-Drittijiet ta' l-Istudenti ta' Skambju, u billi jinħoloq djalogu bejniethom u l-Kummissjoni Ewropea.

Il-programm għall-konferenza jinkludi seminars kif ukoll festin ta' għeluq snin l-Erasmus. Il-programm tentattiv huwa disponibbli fuq is-sit tal-web http://www.20erasmus.org/files/ec_programme.pdf

Ir-riżultati tal-konferenza għandhom jiġu ppubblikati fi ktejjeb dwar ir-riżultati ta' l-20 Anniversarju tal-Programm Erasmus.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | Fuq