Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Madwar l-Ewropa
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

L-Ewwel Impjieg Barra minn Pajjiżek

Inizjattiva dwar il-mobilità bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mit-twaqqif ta' l-UE.

żgħażagħ
Dati: 24/09/07 > 29/09/07
Post: 200 belt Ewropea
Pajjiż: L-Istati Membri kollha ta' l-UE + in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iżvizzera
Organizzatur: In-netwerk EURES, il-Kummissjoni Ewropea – Id-Direttorat Ġenerali inkarigat mill-Impjiegi
Aktar informazzjoni: http://eures.europa.eu
L-Ewwel Impjieg Barra minn Pajjiżek

50 ħaddiem Ewropew se jiġu offruti impjieg bi kwalifika barra minn pajjiżhom bis-saħħa ta' avveniment organizzat mill-EURES, li huwa l-portal Ewropew iddedikat lill-mobilità ta' l-impjiegi.

L-avveniment huwa miftuħ għall-ħaddiema kollha mill-UE, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iżvizzera li qed ifittxu l-ewwel esperjenza ta' xogħol tagħhom barra minn pajjiżhom.Il-50 rebbieħ se jiġu assistiti min-netwerk EURES f'kull pass ta' l-esperjenza tagħhom, u l-ħaddiema se jiġu mistiedna jiddokumentaw l-impressjonijiet tagħhom permezz ta' blog jew djarju elettroniku.

Fl-2008, se tittella' ċelebrazzjoni bi sħab, li se tiġbor fi ħdanha l-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet ospitanti kollha, sabiex dawn jaqsmu l-ideat u l-esperjenzi u jiskopru flimkien x'lezzjonijiet ittieħdu minn din l-inizjattiva.

Inti wkoll tista' tapplika għall-"Ewwel Impjieg Barra minn Pajjiżek" permezz tal-websajt tal-EURES bejn l-24 ta' Settembru u l-15 ta' Ottubru, 2007.

B'netwerk ta' 'l fuq minn 700 konsulent li ta' kuljum jinsabu f'kuntatt ma' dawk li qed ifittxu jew joffru x-xogħol f'kull parti ta' l-Ewropa, il-EURES jipprovdi mhux biss impjiegi, imma wkoll assistenza diretta lill-ħaddiema u l-familji tagħhom.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna